Left arrow Go Back

DRITT TA' CIVIL UNION GĦAL KOPPJI TAL-ISTESS SESS SAL-AĦĦAR TA' DIN IS-SENA

pr1287
Date Icon 18/06/2013

Avvanz importanti fir-rispett lejn id-diversità se jkun l-introduzzjoni tad-dritt ta' civil union għal koppji tal-istess sess. Permezz tal-kunsill konsultattiv li ħatar dan il-Gvern biex jaħdem fil-qasam LGBT, se jkun imħejji l-abbozz ta' liġi li imbagħad jiġi diskuss u jgħaddi mill-Parlament sal-aħħar ta' din is-sena. Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat waqt laqgħa f'Kastilja mal-komunità LGBT fl-okkażjoni tal-Pride Week 2013.

Il-Prim Ministru qal li jħossu kburi li dan il-Gvern qed jagħti importanza lil-libertajiet ċivili billi jibni soċjetà li tiċċelebra d-diversità u tirrispetta l-għażliet konxji u ħielsa tal-individwu. Filwaqt li fakkar kif il-Gvern waqqa' l-kas kontra Joanne Cassar, li llum għandha rikonoxximent mill-pajjiż bħala mara bid-dritt li tiżżewweġ raġel, il-Prim Ministru qal li fadal ħafna x'isir u kkommetta ruħu li se jżomm mal-impenn politiku kollu kif elenkat fil-manifest elettorali.

Matul din il-laqgħa f'Kastilja, Dr Joseph Muscat ingħata l-unur Soldier Award bħala "aġent tal-bidla" mill-grupp soċjali Gay Exiles li jirrapreżenta Maltin li kellhom iħallu l-familji tagħhom biex jgħixu f'pajjiżi barranin mal-maħbubin tagħhom tal-istess sess. Dan l-unur jirrikonoxxi lill-individwi li jiddedikaw l-enerġiji tagħhom biex il-komunità LGBT ikollha vuċi soda fis-soċjetà u fil-passat intrebaħ mill-President tal-Malta Gay Rights Movement Gaby Calleja u l-Onor. Evarist Bartolo, llum Ministru ghall-Edukazzjoni.

Waqt l-għoti tal-unur intqal li Dr Muscat huwa l-ewwel Prim Ministru Malti li ħaddan il-komunità gay b'mod pubbliku u serva bħala katalista għat-titjieb fil-kundizzjonijiet soċjali tal-omosesswali. Il-President tal-MGRM Gaby Calleja qalet li Dr Muscat ħadem ħafna biex ibiddel il-mentalità ta' pajjiżna f'waħda ta' progress u libertà. Espremiet is-sodisfazzjon tagħha għall-ħidma li qed, u se jkompli, jwettaq issa mill-Gvern biex jitressqu proposti leġislattivi li jirrispettaw id-dinjità tal-bniedem u jgħinu fl-ispinta tad-drittijiet tal-minoranzi f'pajjiżna. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

More Press Releases Right arrow