Left arrow Go Back

IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI SER IKUNU PRIJORITÀ GĦAL DAN IL-GVERN- IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI STEFAN BUONTEMPO

pr1279
Date Icon 17/06/2013

Ir-Riċerka u l-Innovazzjoni ser ikunu priorità għal dan il-Gvern għax dawn is-setturi ser jassiguraw futur ekonomiku sostenibbli għal pajjiżna. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, Żgħażagħ u l-Sport Stefan Buontempo waqt żjara li għamel lill-membri tal-kumitat dwar ir-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni fi ħdan il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija.

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo qal li huwa onorat li jinsab jiddiskuti dawn il-punti mar-rappreżentanti tas-settur privat, għax dan is-settur huwa l-mutur ekonomiku ta’ pajjiżna, mutur li fuqu jiddependi il-futur ta’ Malta.

Huwa tenna li dan l-impenn favur dawn l-oqsma jidher ċar bil-ħatra ta’ persuna politika li ser tkun iffukata fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni.

Minn naħa tiegħu d-Deputat President s-Sur Anton Borg qal li din iż-żjara hija pass fid-direzzjoni t-tajba u għandha tkun il-bidu ta’ ħidma bejn il-Gvern u l-Kamra fuq l-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni.

Matul din il-laqgħa ġew diskussi proposti li ressqet il-Kamra Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija dwar dawn l-oqsma fosthom il-bżonn ta’ grupp tekniku bejn is-settur privat u l-Gvern dwar kif l-isforzi li jridu jsiru f’dawn l-oqsma jistgħu jkunu ffukati. F’din il-laqgħa ssemma wkoll il-bżonn li nħarrġu lit-tfal tagħna biex ikollna soċjetà futura li tkun innovattiva billi tuża l-potenzjal tagħha u anke dwar il-miri li pajjiżna jrid jilħaq sas-sena 2020 f’dawn l-oqsma.

Ir-rappreżentanti tal-Kumitat dwar ir-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni fi ħdan il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ippreżentaw rapport ta’ 31 proposta li issa ser jiġi evalwat mill-Gvern biex tibda ssir ħidma bejn il-partijiet konċernati. Iż-żewġ partijiet qablu li jerġgħu jiltaqgħu f'qasir żmien biex jiddiskutu l-veduti tal-gvern fuq dawn il-proposti u biex jaqblu fuq kif dawn il-proposti jistgħu jiġu implimentati għall-interess tal-pajjiż.

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo tenna li pajjiżna ser ikun qed jiffoka fuq oqsma li Malta bħala pajjiż tista’ tiżviluppa billi tadotta l-metodu ‘smart specialisation’.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

More Press Releases Right arrow