Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETA` SOĊJALI

pr1259
Date Icon 15/06/2013

L-abbuż fuq l-anzjani huwa ntollerabbli

Waqt l-attivita` Serħan il-Moħħ fil-Komunitajiet, li kienet qed tfakkar il-jum dinji kontra l-abbuż fuq l-anzjani, l-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca saħqet li għal dan il-Gvern l-abbuż fuq l-anzjani huwa ntollerabbli.

Hija spjegat li f’kuntest globali, studji jikkalkulaw li bejn wieħed u ħamsa fil-mija tal-anzjani jesperjenzaw xi forma ta’ abbuż jew abbandun.

Malta m’hijiex eċċezzjoni, qalet Coleiro Preca fejn għamlet referenza għal żewġ każijiet t’allegat abbuż psikoloġiku fuq armel li jgħix ma’ bintu u każ ieħor t’allegat abbużi fuq anzjani f’residenza tal-anzjani f’pajjiżna.

L-Onorevoli Marie-Louise Coleiro Preca ordnat inkjesta b’rabta mal-allegat abbuż f’residenza tal-anzjani sabiex jittieħdu l-passi neċċessarji għaliex hija spjegat li dan huwa l-Gvern li jipproteġi dawk l-aktar vulnerabbli.

Coleiro Preca faħħret l-inizzjativa tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun fejn għat-tielet sena ħadem fuq il-proġett Tfal Jadottaw Anzjan.

Il-Ministru qalet li dan huwa Gvern pro-attiv u għalhekk proġetti pożittivi bħal dawn se jsibu l-appoġġ sabiex noffru kwalita’ ta’ ħajja aħjar.

Hija qalet li bħala Gvern li għandu mandat qawwi sabiex tassew ikun hawn serħan il-moħħ fil-komunitajiet se jkun mpenjat sabiex kull ċittadin inkluż l-anzjani jkollhom vuċi sabiex jiġu ndirizzati l-isfidi tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

More Press Releases Right arrow