Left arrow Go Back

L-ISPEAKER TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MILL-GOZO RETIRED TEACHERS’ ASSOCIATION

pr1244
Date Icon 14/06/2013

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor. Anġlu Farrugia llum ircieva żjara ta’ kortesija minn delegazzjoni mill-Gozo Retired Teachers’ Association (GRTA). Waqt il-laqgħa, l-Ispeaker spjega fid-dettal il-ħidma tiegħu bħala President tal-Parlament, il-funzjoni ta’ kull kumitati kif ukoll il-ħidma tal-House Business Committee. L-Ispeaker fiehem lil dawk preżenti dwar l-idea tal-Kumitat tal-Etika kif ukoll dak tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet  u dan stante li ġie mistoqsi minn membri tad-delegazzjoni b’referenza għad-diskors tiegħu ta’ Sette Giugno.

Il-membri tad-delegazzjoni filwaqt li rringrazzjaw lill-Ispeaker tal-opportunità li ta’ lill-istess membri tal-assoċjazzjoni sabiex jiltaqgħu miegħu peress li din il-laqgħa kienet l-ewwel darba nżammet u ħadu l-opportunità sabiex jistaqsu mistoqsijiet ta’ nteress ġenerali fir-rigward tal-ħidma parlamentari.

L-Ispeaker irringrazzja lil kull membru tal-assoċjazzjoni tal-għalliema għax-xogħol siewi li wettqu bħala edukaturi. L-Onor. Anġlu Farrugia qassam kopja tal-ewwel perjodiku tal-Parlament maħruġ mill-Uffiċċju tal-Ispeaker lil kull membru tal-assoċjazzjoni, liema perjodiku ħareġ għall-ewwel darba nhar is-Sette Giugno.

L-Ispeaker ġie ppreżentant bil-ktieb “Għawdex bil-ġrajja tiegħu” ta’ Mons Gużepp Farrugia.

Id-delegazzjoni mill-gżira t’Għawdex kienet ta’ 22 persuna mmexxija mill-President tal-GRTA, is-Sur Carmel Attard, is-Segretarju l-Kavallier Joe M. Attard u t-Tezorier is-Sur Joseph Grech.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

More Press Releases Right arrow