IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JIPPRESIEDI L-ĠURAMENT TAL-ĦATRA TA’ MĦALLEF U ŻEWĠ MAĠISTRATI
Il-President George Abela ppresieda l-ġurament tal-ħatra tal-Onorevoli Imħallef Antonio Mizzi u l-Maġistrati Aaron A. Buġeja u l-Maġistrat Charmaine Galea.
Iċ-ċerimonja saret dalgħodu l-Palazz l-Belt.
Curriculum Vitae
Bijografija Qasira: Onor. Imħallef Antonio Mizzi
L-Onor. Imħallef Antonio Mizzi, iben Carmelo u Nivea nee’ Pensavalle, twieled fis-16 ta’ Novembru 1953.
Huwa miżżewweġ lil Marlene nee’ Cacciattolo u għandhom tifla, Alexandra.
Beda l-istudji tiegħu bħala tfajjel f’St. Joseph Convent tas- Sliema. Minn hemmhekk għadda għall-Liċeo tal-Ħamrun u sussegwentement baqa’ tiela’ għas-Sixth Form fl-istess raħal.
Attenda wkoll L-MCAST gewwa l-Imsida. Kien hemhekk li l-Onor. Mħallef Mizzi ddecieda li jkompli jintensifika l-istudji tiegħu u għazel li jattendi l-kors tal- Liġi fl- Università ta’ Malta fejn gradwa bħala Avukat fis-sena 1979. Fis-sena 1996 irċieva t-tieni Lawreja tieghu fid-Dritt Ewropew.
Kellu diversi esperjenzi li wassluh sabiex jaghmel isem ghalih fil-karriera tiegħu u saħansitra kellu l-opportunita’ li jaħdem f’żewg banek Taljani bejn is-sena 1975 u l-1976.
Huwa ingħata l-preġju li jinħatar Magistrat f’Ottubru tas-sena 1987 fejn wera’ l-abilitajiet tiegħu bl-akbar korrettezza u impekkabilità.
L-Onor. Mħallef Mizzi kien ilu jservi bħala Maġistrat Anzjan sa minn Mejju tal-2012.
Bijografija Qasira: Maġistrat Aaron M. Bugeja M.A. (Law), LL.D.
Il-Maġistrat Aaron M. Bugeja huwa l-Kap tat-Taqsima tad-Dritt Kriminali fl-Ufficju tal-Avukat Generali.
Il-Maġistrat Bugeja iggradwa mill-Università ta' Malta bħala Duttur tal-Ligi fl-1995 u iggradwa wkoll b'titolu ta' Master of Arts fil-Liġi bi grad Summa cum Laude mill-istess Università fl-2012 bi speċjalizzazjoni fit-terrorizmu internazzjonali. Beda jaħdem bħala Avukat f'Jannar tal-1996 u f'Ottubru 2006 huwa gie maħtur Avukat Anzjan fl-Uffiċċju tal-Avukat Generali. F'Awissu tal-2012 l-Maġistrat Bugeja gie maħtur bħala l-Kap tat-Taqsima tad-Dritt Kriminali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
Il-Maġistrat Bugeja kien jokkupa l-kariga ta' Chairman tal-CODEXTER, il-Kumitat tal-Esperti fuq it-Terrorizmu tal-Kunsill tal-Ewropa. Huwa wkoll wieħed mir-rappreżentanti ta' Malta fil-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill Ewropew fuq id-Dritt Kriminali Sostantiv (DROIPEN) li jinnegozja direttivi Ewropej f'isem ir-Repubblika ta' Malta.
Il-Maġistrat Bugeja huwa wkoll Visiting Senior Lecturer fl- Università ta' Malta jgħallem id-Dritt Procedurali Kriminali u Drittijiet tal-Bniedem. Huwa miżżewweg lil Melanie Bugeja nee' Zahra u għandhom żewgt subien, Andrea u Luca.
Bijografija Qasira: Maġistrat Charmaine Galea LL.D.
Il-Maġistrat Charmaine Galea, bint Noah Zammit u Catherine nee` Gauci twieldet fiż-Żurrieq fis-sena 1976.
Hija attendiet l-iskola Primarja taż-Żurrieq u wara l-Liceo ta’ Maria Regina. Hija kisbet id-Diploma ta’ Nutar Pubbliku fl-1999 mill-Universita ta’ Malta u fl-2001 iggradwat bħala Avukat.
Il-Maġistrat Galea ilha tipprattika fil-Qrati Maltin għal dawn l-aħħar tnax-il sena fejn speċjalizzat fil-liġi ċivili u tal-familja. Hija serviet ukoll għal numru ta’ snin bħala assistent ġudizzjarju mal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili u preżentement mal-Uffiċċju tal-Prim’Imhallef.
Hija miżżewġa u għandha tifel.
Other Press Releases:
PR262029
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...
PR262028