Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA

pr1223
Date Icon 12/06/2013

Il-Gvern huwa kommess li jimplimenta l-proġett tal-Għallis u jara li n-nuqqasijiet tekniċi li hemm fl-impjant ta’ Sant Antnin ma jiġux ripetuti f’dan il-proġett

L-istqarrija li ħareg il-Partit Nazzjonalista dwar dak li ntqal mill-Ministru Leo Brincat fil-laqgħa pubblika ta’ nhar it-Tnejn li għadda f’Kastilja, ma hija xejn ħlief attentat fjakk u patetiku biex jgħatti nuqqasijiet serji tal-amministrazzjoni Nazzjonalista preċendenti fit-tħaddim tal-impjant ta’ Sant  Antnin, u fil-mod difettuż kif ġie strutturat tul is-snin l-impjant propost tal-Għallis.

Mhuwiex minnu li l-proġett tal-Għallis jinsab wieqaf u jekk hemm dewmien fih dan huwa dovut għall-fatt li tul is-snin il-WasteServ innifisha ġieli damet żmien twil biex tissottometti tagħrif korrett, meħtieġ mill-Unjoni Ewropea, għall-ko-finanzjament tal-proġett u ġieli anke għaddiet figuri mhux kompluti.

Il-Gvern huwa kommess li jimplimenta l-proġett tal-Għallis, filwaqt li jara li nuqqasijiet tekniċi li hemm fl-impjant ta’ Sant Antnin ma jiġux ripetuti fil-proġett tal-Għallis.

Fil-laqgħa ta’ nhar it-Tnejn il-Ministru Leo Brincat ikkonferma l-ħtieġa  ta’ dan il-proġett,  aktar u aktar fid-dawl tal-fatt li l-impjant ta’ Sant Antnin naqas li jaħdem u jitħaddem kif suppost, anke f’qasam essenzjali bħal dak tal-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-iskart.

Dan kien ikkonfermat illum stess mill-Prof. Edward Mallia meta qal li l-impjant ta’ Sant Antnin bil-kemm qed jiġġenera terz tal-enerġija li suppost qed jipproduċi.  Tant li skont l-istess Prof. Mallia dan in-nuqqas serju se jkollu riperkussjonijiet nazzjonali anke biex nilħqu l-miri ta’ enerġija nadifa.

Il-Gvern kien ikun populista li kieku qabad u ħa deċiżjonijiet mgħaġġla u nieqsa mill-għaqal. Minflok għażel it-triq tal-bżulija u kummissjona studji indipendenti dwar l-operat tal-impjanti kollha tal-WasteServ ħalli jiġi stabbilit kemm u jekk tħaddmu kif suppost.

Il-Gvern b’sens ta’ responsabbiltà għażel it-triq, li flok iħott dak li seta’ ġie mfassal b’tant aktar għaqal, poġġa l-interess nazzjonali l-ewwel. Kif mexa b’mod kostruttiv f’oqsma oħra ambjentali l-Gvern qiegħed u ser ikompli ifittex li jimxi b’sens ta’ kontinwità ħalli la jisfratta proġetti u lanqas itellef fondi mill-Unjoni Ewropea.

Il-Gvern huwa impenjat li fl-iqsar żmien possibli jindirizza d-defiċenzi fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart li ġew identifikati anke mill-Aġenzija Ewropea Ambjentali f’Marzu li għadda, fejn ħareġ ċar li għadna ferm ’il bogħod milli nilħqu ċertu miri stabbiliti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

More Press Releases Right arrow