STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU TAL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI B’RISPOSTA GĦALL-KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET MILL-KELLIEM TAL-OPPOŻIZZJONI JASON AZZOPARDI
Il-Gvern jiċħad kategorikament li wiegħed amnestiji qabel l-Elezzjoni Ġenerali.
L-amnestija hija għodda fi pjan sħiħ li għandu dan il-Gvern biex jirriforma s-sistema tal-ħabs wara snin ta’ telqa li tħalla fih taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
Il-lista annessa hija lista tal-amnestiji kollha li ngħataw tul is-snin u li turi li din l-amnestija hija fost l-iżgħar li ngħataw. Kif jidher, amnestiji ngħataw taħt amministrazzjonijiet diversi.
Dawn apparti amnestiji oħra li ngħataw lill-persuni individwali taħt Gvernijiet Nazzjonalisti, uħud minnhom, jibqgħu mfakkrin sew għal diversi raġunijiet fi-memorja kollettiva tal-poplu Malti.
Il-Ministeru ifakkar ukoll fl-amnestija proposta minn Jason Azzopardi stess, liema amnestija kien ipproponiha għall-prigunieri kollha, fl-2007 mal-ħatra ta’ Arcisqof ġdid.
Other Press Releases:
PR262029
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...
PR262028
pr1213a.pdf