Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI STEFAN BUONTEMPO JATTENDI GĦAĊ-ĊERIMONJA TAL-PREMJAZZJONI TA’ SPORT PRESS MALTA

pr1201
Date Icon 09/06/2013

Illum saret l-ewwel attività tal-għaqda l-ġdida Sport Press Malta fejn għaliha attenda s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Stefan Buontempo fejn ippreżenta wkoll il-premijiet.

Matul din l-attività ġew rikonoxxuti l-atleti li għamlu suċċess matul ix-xahar ta’ Mejju. L-atleti rebbieħa għal dan ir-rikonoxximent kienu s-Sur Nathan Lee Xuereb li għamel suċċess fir-rebħ ta’ żewġ midalji tad-deheb f’żewġ kompetizzjonijiet l-Italja u s-Sur Pawlu Zammit, kowċ tal-Birkirkara F.C. għas-suċċess tiegħu li wassal għar-raba’ rebħ tal-kampjonat.

F’intervent qasir is-Segretarju Parlamentari faħħar din l-inizjattiva li tirikonoxxi l-atleti tagħna li wara kollox jagħmlu suċċess għal pajjiżna meta jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet internazzjonali. Dr Buontempo fakkar ukoll li jeħtieġ li niftakru anke fil-persuni li jagħtu appoġġ professjonali lill-atleti tagħna għax dawn għandhom sehem importanti minn dan is-suċċess.

Dr Buontempo wiegħed li bħala Segretarju Parlamentari lest li jgħin fejn ikun possibbli biex jogħla l-livell tal-Isport f’pajjiżna.

Is-Sur Mario Meli, President tal-għaqda Sport Press Malta li tħaddan numru sabiħ ta’ membri minn kull azjenda tal-media lokali, spjega kif twaqqfet l-għaqda bl-għanijiet prinċipali  huma dawk li jaħdmu biex jippromwovu aktar l-isport lokali u permezz ta' din l-inizzjattiva juru aktar rikonoxximent u apprezzament lejn is-suċċessi u l-isforzi li jagħmlu l-atleti tagħna. 

Huwa qal li l-għaqda lesta li taħdem mal-awtoritajiet biex l-isport jibqa’ dejjem jitjieb fil-livell u li ’l quddiem mistenni jħabbru aktar inizzjattivi interessanti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

More Press Releases Right arrow