KUNDANNA GĦALL-QTIL TAL-FLAMINGO
pr1165
04/06/2013
Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, Roderick Galdes, jikkundanna mingħajr ebda riservi l-qtil barbaru fis-satra tal-lejl tal-Flamingo li lbieraħ niżel fis-salina.
Is-Segretarju Parlamentari qal li dan huwa att irresponsabbli u kriminali u l-Pulizija għandha tkompli tmexxi bl-investigazzjonijiet tagħha fir-rigward u biex min hu ħati jingħata l-kastig li ħaqqu. Ħadd ma għandu dritt jikser il-liġi.
Huwa qal ukoll li min iwettaq atti barbari bħal dawn mhux se jsib l-ebda ħajt ta’ kenn mill-Gvern. Il-Gvern huwa kommess li jikkumbatti l-illegalita’ tiġi minn fejn tiġi.
Other Press Releases:
PR262029
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...
PR262028