FESTA NAZZJONALI TAS-SETTE GIUGNO
Il-Programm ta' attivitajiet għal din is-sena organizzati mill-Kumitat Festi Nazzjonali huwa dan li ġej.
Il-Ħamis , 6 ta' Ġunju 2013
Ċerimonja ta' Tifkira ħdejn il-Monument tas-Sette Giugno fi Ġnien Hastings, Valletta
5.30 pm Il-Banda tal-Pulizija timmarċja minn Pjazza San Ġorġ tul Triq ir-Repubblika għal Ġnien Hastings
5.45 pm Il-Banda tal-Pulizija tieħu postha biswit il-Monument tas-Sette Giugno
6.00 pm L-iSpeaker, il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni jieħdu posthom quddiem il-Monument fi Ġnien Hastings
6.03 pm Diskors mill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor. Anġlu Farrugia
6.13 pm Wara d-diskors, l-iSpeaker imur quddiem il-Monument.
6.15 pm Tindaqq il-Last Post.
Minuta silenzju.
6.17 pm Tindaqq ir-Reveille.
6.19 pm L-iSpeaker iqiegħed kuruna tal-fjuri fuq il-Monument.
Wara jitilgħu bil-kuruni l-Prim Ministru segwit mill-Kap tal-Oppożizzjoni.
6.25 pm Tqegħid ta' kuruni mill-Partiti Politiċi u l-Korpi Kostitwiti.
Jindaqq l-Innu Nazzjonali.
Il-Ġimgħa , 7 ta' Ġunju 2013
9.00 am Tislima lill-vittmi tas-Sette Giugno b’ċerimonja ta’ tqegħid ta’ kuruna tal-fjuri mill-Kumitat Festi Nazzjonali fuq il-monument / qabar tal-vittmi fiċ-Ċimiterju Santa Marija Addolorata.
Other Press Releases:
PR262029
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...
PR262028