STQARRIJA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KULTURA U L-GVERN LOKALI DWAR L-INĊIDENTLI SEĦĦ ĠEWWA ĦAL FARRUĠ
pr1155
02/06/2013
B’riferenza għal numru ta’ artikli u kummenti li dehru fuq il-midja, is-segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali Jose` Herrera ħabbar li ser jiltaqa' mal-organizzaturi tal-Karnival wara l-inċident li seħħ f’Ħal Farruġ. L-Imħazen li kienu juzaw uħud mill-organizzaturi tal-Karnival inqerdu għal kollox.
Is-Segretarju Parlamentari Jose` Herrera qal li l-Gvern bi ħsiebu jevalwa s-sitwazzjoni u jagħmel dak kollu possibli biex tinstab soluzzjoni ħalli l-Karnival tas-sena d-dieħla ma jiġix affetwat. Qal ukoll li ser jiddiskuti x'miżuri jistgħu jittieħdu sabiex jogħla l-livell tal-Karnival f’pajjiżna fl-istess ħin li jiġu evalwati il-bżonnijiet u l-faċilitjiet meħtieġa fejn jinħadmu l-karrijiet tal-karnival.
Other Press Releases:
PR262029
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...
PR262028