Left arrow Go Back

ĦIDMA KONKRETA TAL-GVERN FL-INTERESS TAL-KUNSILLI LOKALI

pr1152
Date Icon 01/06/2013

Matul il-Ġimgħa 31 ta’ Mejju u s-Sibt 1 ta’ Ġunju ġiet organizzata Laqgħa għas-Sindki f’Marsalforn Għawdex. Għal din il-laqgħa attendew l-Onor. Jose Herrera, Segretarju Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokal; l-Onor. Ian Borg, Segretarju Parlamentari għall-Affarijiet Ewropej u għall-Presidenza UE 2017; l-Onor. David Agius u l-Onor. Robert Cutajar, għan-nom tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista; is-Sur Carmel Caccopardo għan-nom tal-Alternattiva Demokratika u l-Membru Parlamentari Ewropew l-Onor. Claudette Baldacchino. Matul tliet sessjonijet li ttelgħu f’dawn il-jumejn, Sindki u viċi Sindki mill-kunsilli ta’ Malta u Ghawdex ingħataw l-ispazju neċessarju sabiex jiddiskutu l-operat tal-Kunsilli. Dawn id-diskussjonijiet ġew immexxija mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.

Fl-egħluq tal-Laqgħa tas-Sindki, l-Onor. Jose Herrera elenka il-ħidma li twettqet s’issa matul ix-xahrejn ta’ Gvern ġdid. L-allokazzjoni finanzjarja għal din is-sena ma setgħetx tinbidel minħabba ftehim li kien sar qabel l-elezzjoni ġenerali bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni u l-Kummissjoni Ewropea. Dan ifisser tnaqqis ta’ nofs miljun ewro fuq is-sena ta’ qabel. Huwa qal li biex ittaffi ftit mill-impatt ta’ din id-deċiżjoni tnaqqas l-ammont dovut lill-Wasteserv biex ma jintrefax il-piż kollu mill-kunsilli u tnaqqas l-obbligu ta’ ħlasijiet li l-Kunsilli intalbu jagħmlu għad-diskrepanza li ilha ikkuntestata. Intant tħabbar ukoll li ser toħrog sejħa għal dawk kollha interessati li jidħlu fil-pool tas-segretraji eżekuttivi. Din ser tagħti l-opportunità ikbar lill-Kunsilli minn fejn jagħmlu l-għażla tagħhom għall-ingaġġ ta’ segretarju eżekuttiv.

Huwa qal li biex ir-reġjuni ikunu aktar b’saħħithom qed tiġi proposta riforma lill-Presidenti tar-Reġjuni. Ser tingħata prijorità assoluta ir-riforma tal-gwardjani lokali. Is-Segretarju Parlamentari  emfasizza li din ir-riforma ma tridx tkun waħda kożmetika imma waħda li tkun effettiva u ġusta.

Proposti oħra jinkludu pariri kif ir-reġjuni jkunu pro-attivi fi proġetti ta’ l-Unjoni Ewropea u wara konsultazzjoni ser jiġi ippublikat l-avviż legali li jirregola l-istemmi tar-Reġjuni.

Din l-attivita giet streamed live u fi ftit ta’ ġranet oħra ser jingħataw id-dettalji kollha ta’ x’għandu jsir sabiex Kunsilli jkunu jistgħu jibbenefikaw minn skema li se tħallas l-ispejjeż ħalli jingħata dan is-servizz.

Matul din l-attività ittellgħet ukoll  diskussjoni mmexxija minn Dr Andrew Azzopardi dwar il-vot ta’ sittax il-sena fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Barra l-politiċi li kienu preżenti, attendew rappreżentanti mill-moviment Pulse kif ukoll mill-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista li taw l-opinjoni tagħhom rigward dan is-suġġett. Ġew diskussi suġġetti bħal jekk il-Vot ta’ sittax għandux jingħata biss għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, l-aspett edukattiv li jrid jingħata lill-pubbliku inġenerali dwar dan il-poter il-ġdid, is-sehem taż-żgħażagħ f’elezzjonijiet u l-impatt ta’ din il-faxxa ġdida ta’ eletturi. Dawn is-suġġetti qajmu reazzjonijiet varji mill-kunsilliera preżenti li ħolqot diskussjoni wiesgħa.

Intant, matul il-jum tal-Ġimgħa, l-Onor. Herrera għamel numru ta’ laqgħat ġewwa l-Gżira Għawdxija b’konessjoni mal-Kunsill Lokali. F’laqgħa li kellu mar-Reġjun ta’ Għawdex ir-rapreżentanti tad-diversi kunsilli Għawdxin qajmu diskussjoni dwar l-operat tal-Kunsilli f’dan ir-reġjun. Intalbu jagħmlu l-kummenti u suġġerimenti li jixtiequ sabiex itejbu l-operat, kif ukoll sabiex jiddeċiedu il-kontenut ta’ attività li għandha tkun parti mill-attivitajiet li se jiġu organizzati fl-okkażjoni ta’ l-20 sena mit-twaqqif ta’ l-ewwel Kunsill Lokali. Waqt laqgħa li saret mal-Kumitat Amministrattiv ta’ Santa Luċija ġewwa Kercem ġew diskussi suġġerimenti li resqet din il-komunità  sabiex tittejjeb l-operat tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

More Press Releases Right arrow