PROĠETTI TA’ TAGĦLIM FL-INFORMATIKA GĦAL KULĦADD MILL-KUNSILLI MADWAR MALTA U GĦAWDEX
Is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Edward Zammit Lewis attenda għal breakfast event tat-TCTC fejn ġew varati diversi proġetti edukattivi fil-qasam tal-ICT, li l-kumpanija TCTC flimkien mal-Kunsilli Lokali ha tkun qed toffri madwar Malta u Għawdex fil-ġimgħat li ġejjin.
TCTC għal dawk l-aħħar 15 il-sena ħadmet bis-sħiħ biex tippromovi l-użu tal-elettronika fil-ħajja ta’ kuljum b’diversi opportunitatjiet ta’ tagħlim b’xejn minn ġewwa l-31 ċentru li din il-kumpanija għandna mferrxin mall-kunsilli. Diversi proġetti mmirati għal kull età fis-soċjetà biex verament ħadd ma jaqta lura biex jintegra ruħu fil-ħajja moderna u diġitali tal-lum.
Waqt dan l-avveniment ġew imnedija diversi proġetti li TCTC ser tkun qed taħdem flimkien mal-kunsilli u organizzjonijiet biex tkompli tifrex aktar il-viżjoni EM-Citizen. Uħud minn dawn il-proġetti jiffukaw għal diversi faxex fis-soċjetà bħal IKIDS għat-tfal, E-ANZJAN għall-anzjani, kif ukoll proġetti innovattivi għall-aħħar bħal ROBOTICS, EBOOKS u WOMEN. Waqt din it-tnedija, TCTC ħadet inizjattiva oriġinali li tippromwovi rispett lejn ambjent aħjar u s-saħħa tal-istudent billi introduċiet l-idea li n-noti tal-korsijiet jingħataw forma ta’ EBOOK fuq TABLET li jinżamm mill-istudent.
Is-Sur Ray Abela, prinċipal ta’ din l-iskola rinomata spjega li “Hija l-viżjoni u l-filosofija tiegħi li nkompli nara aktar is-soċjetà tagħna tiżviluppa u tikkomunika b’mezzi aktar moderni. Mezzi aktar nodfa u inqas burokratiċi. Ejjew noħolqu soċjetà aktar integra u kuntatt aktar mill-qrib u b’hekk inżidu aktar l-efficjenza u nimmodernizzaw metodi aktar effettivi biex pajjiżna jimxi aktar il-quddiem. Dan jista’ jsir biss, jekk jirnexxielna ngħallmu ċ-ċittadini kollha u nikkrejaw prinċipji diġitali għal kulħadd; għat-tfal, żgħażagħ, adulti u saħansitra l-anzjani. Ejjew nagħmlu l-ħajja ta’ kull ċittadin aktar interessanti u komda biex jakkwista servizzi eċċellenti mill-kumdità ta’ daru. Dan ikattar aktar l-ekonomija moderna.” Dan sostnieh waqt li kien qed jindirizza lil dawk preżenti, fosthom Sindki, Kunsilliera u amminstratturi li jaħdmu fil-Kunsilli, kif ukoll nies distinti mill-Gvern, Oppożzizjoni u organizzazjonijiet privati inkluż sponsors li jgħinu f’dawn il-proġetti.
L-Onor. Edward Zammit Lewis saħaq fuq l-importanza tal-użu tat-tekonologija u l-opportunitajiet ta’ dan il-proġett fis-soċjetà tagħna. “Huwa ta’ pjacir tiegħi illi nara din l-organizzazjoni u parteċipazzjoni ta’ public-private partnership, bil-għan li toffru opportunitajiet tat-tagħlim lis-soċjetà tagħna. Dan isir b’mod verament ippjanat u organizzat tajjeb għax jirrispetta żewġ prinċipji fundamentali li huma, tagħlim qrib iċ-ċittadini minn ġewwa l-kunsilli tiegħu, kif ukoll finanzjarjament possibbili għal kulħadd. Din hija idea li tippromwovi inklużjoni soċjali u diġitali. Il-Gvern qed jaħdem bis-sħiħ fuq din il-linja biex b’hekk jiżdied u jitjieb il-kuntatt maċ-ċittadin u jkollna soċjetà aktar moderna u għalhekk nifraħ lit-TCTC għal dawn l-inizjattivi originali u li s-soċjetà għandha bżonn. Il-Gvern il-ġdid se jkun qed jaħdem bi sħiħ biex iżid l-użu tat-teknoloġija fost il-faxex kollha tas-soċjetà, biex b’hekk kulħadd ikun jista’ jgawdi mill-vantaġġi tat-teknoloġija”
Waqt dan l-avveniment, Dr. Zammit Lewis ippreżenta rikonxximenti varji f’diversi oqsma u proġetti flimkien mas-sur Ray Abela. Preżenti wkoll għal dan l-avveniment kien hemm is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Gvern Lokali, l-Onor. José Herrera kif ukoll il-kelliem għall-Oppożizzjoni, l-Onor. David Agius.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en