Left arrow Go Back

“FIL-JIEM LI ĠEJJIN F’PAJJIŻNA SER TINŻAMM KONFERENZA DWAR L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI FIL-MEDITERRAN”- IL-MINISTRU LEO BRINCAT

pr1123
Date Icon 30/05/2013

L-Onor. Leo Brincat, Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima, ħabbar li fil-jiem li ġejjin f’pajjiżna ser tinżamm konferenza dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fil-Mediterran.

Il-konferenza  bl-isem ta’ 15th Meeting of the Mediterranean Commission on Sustainable Development se jssir bejn it-Tnejn 10 u l-Erbgħa 12 ta’ Ġunju, f’lukanda ewlenija fil-Furjana. Tul din il-konferenza rappreżentanti minn numru ta’ pajjiżi li jiffurmaw ir-Reġjun tal-Mediterran se jiddiskutu proposti biex l-istess pajjiżi jibbenefikaw bl-aktar mod sħiħ mill-konklużjonijiet li ħarġu waqt ir-RIO +20 u fl-istess waqt jitħaffef il-proċess għal żvilupp sostenibbli.

Il-Ministru Leo Brincat ħabbar dan f’laqgħa li kellu mal-Ambaxxatriċi tat-Tuneżija għal Malta Souad Gueblaoui.

Waqt din il-laqgħa huwa qal ukoll li pajjiżna lest jimxi fuq il-passi ta’ pajjiżi oħrajn speċjalment dawk ġirien fl-Unjoni Ewropea, u jiżviluppa koperazzjoni proattiva u ħajja mat-Tuneżija fil-qasam tal-ambjent.

Qal li huwa pożittiv li l-programm HORIZON 2020 qed jintuża biex jappoġġja lill-Awtoritajiet Tuneżini biex jiżviluppaw u jimplimentaw Patt Nazzjonali favur l-Iżvilupp Sostenibbli f’pajjiżhom u dan bis-sehem ta’ kumpaniji Tuneżini bħala muturi tal-ekonomija tal-pajjiż.

Huwa wera l-apprezzament tiegħu għall-fatt  li minkejja l-isfidi tar-rebbiegħa l-ġdida li l-pajjiż qed jgħaddi minnhom, xorta hemm impenn mill-Awtoritajiet Tuneżini biex ikun hemm transizzjoni għall-ekonomija l-Ħadra, kemm permezz ta’ aġenziji pubbliċi kif ukoll privati.

Il-Ministru Brincat tenna li l-Gvern Malti lest jikkopera mal-Awtoritajiet Tuneżini fl-oqsma tal-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli, kemm fuq livell bilaterali kif ukoll f’qafas ta’ inizjattivi ambjentali tal-Unjoni Ewropea.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow