Left arrow Go Back

L-IMPORTANZA TA’ KO-ORDINAMENT BEJN IL-MITA U L-MCA

pr1107
Date Icon 27/05/2013

Is-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku, l-Onor. Edward Zammit Lewis,  iltaqa’ b’mod uffiċjali mal-Bord tad-Diretturi l-ġdid tal-Awtorità dwar il-Komunikazzjoni (MCA) taħt it-tmexxija taċ-Chairman Dr. Edward Woods.

F’din il-laqgħa ġew diskussa l-prijoritajiet li għandha, u li se jkollha, l-Awtorità kemm bħala regolatur fil-qasam tal-komunikazzjoni kif ukoll fl-irwol tagħha fil-komunità b'mod ġenerali. Is-Segretarju Parlamentari spjega li l-MCA għandha rwol kruċjali sabiex jintlaħqu l-miri tal-Gvern għall-Ekonomija Diġitali li hija pilastru importanti fil-ħidma biex jinkiseb tkabbir ekonomiku li jilħaq lil kulħadd.

L-Onor. Zammit Lewis saħaq dwar l-importanza ta’ iktar kollaborazzjoni bejn awtoritajiet differenti b’mod partikolari bejn il-MITA u l-MCA biex il-proġetti jiġu implimentati b’mod aktar effiċjenti u ħolistiku. Qal li bit-tisħiħ fil-ko-ordinament, ir-riżorsi tal-pajjiż jistgħu jagħtu riżultat iktar massimizzat. Effettivament l-MCA, flimkien ma’ entitajiet oħra, se jkollha rwol importanti fl-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-ekonomija diġitali ta’ pajjiżna li qed tiġi kko-ordinata mill-MITA.   

Is-Segretarju Parlamentari tkellem ukoll mal-Acting CEO – is-Sur Ian Agius – u ma’ diversi ħaddiema fejn irringrazzjahom tax-xogħol tajjeb li qed jagħmlu.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow