Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETA' SOĊJALI

pr1105
Date Icon 26/05/2013

Vuci u Vizibilita’ lit-tfal u l-familji taghna – mhabbar it-tishih tal-istrutturi ghat-tfal u l-familja

Fil-Park Nazzjonali tas-Salina limiti tal-Qawra, l-Ministru ghall-Familja u Solidarjeta’ Socjali Marie-Louise Coleiro Preca habbret it-tishih tal-istrutturi ghat-tfal u l-familja.

Strutturi mhabbra wara gimghat shah ta’ evalwazzjoni fuq dak ezistenti, qalet il-Ministru.

Coleiro Preca spjegat kif il-Gvern huwa iffukat fuq il-miri li jrid jikseb fl-oqsma tat-tfal u l-familji billi jahdem b’sinergija’ mal-istakeholders kollha nvoluti.

Il-Ministru qalet li l-ghan ta’ dawn iz-zewg strutturi huwa li jaghtu vuci u vizibilita’ lit-tfal u l-familji billi jressqu l-ideat taghhom u jghinu fit-tfassil tal-politika ghat-tfal u l-familji Maltin u Ghawdxin.

L-istrutturi ghat-tfal u l-familja se jkunu qed jikkordinaw mal-Kumitati Parlamentari ghall-Affarijiet Socjali u l-Familja, mad-Dipartiment ghall-Harsien Socjali (bhala r-regolatur), mal-Fondazzjoni ghas-Servizzi Socjali u anki mal-Universita’ ta’ Malta, li se tkun mitluba tghin permezz ta’ ricerki u l-partecipazzjoni tal-akkademici

Flimkien dawn se jkunu qed jahdmu fuq process ta’ konsultazzjoni kontinwa bejn l-entitajiet u stakeholders ohra, sabiex il-politika ghall-qasam tat-tfal tkun dejjem aggornata biex tirrefletti r-realitajiet socjali u tahseb ghal quddiem.

Dawn ukoll iressqu l-proposti taghhom quddiem il-Kummissjoni Nazzjonali Familja u l-Kummissjoni Nazzjonali ghall-Istrategija u l-Politika ghat-Tfal.

Il-process ikompli billi l-politika proposta mid-diversi entitajiet fil-qasam tal-familja u t-tfal tkun diskussa fil-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali, mbaghad il-Fondazzjoni ghas-Servizzi Socjali tintalab timplimenta l-politika maqbula.

B’hekk spjegat il-Ministru Coleiro Preca, il-Gvern ikun qed jidhol bi shab mal-istakeholders fl-izvilupp, it-tishih u l-evalwazzjoni tal-politika.

Il-Ministru spjegat ukoll li dawn l-istrutturi se jghinu biex jkollna politika socjali integrata ghat-tfal u l-familji li huma ‘l fuq fl-agenda ta’ dan il-Gvern.

L-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca sahqet ukoll fuq l-importanza li nipprotegu t-tfal li huma fost l-aktar vulnerabbli, fid-dawl li x-xahar ta’ Mejju huwa ddedikat ghall-protezzjoni tat-tfal.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow