Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FRANCO MERCIECA JWIEGĦED KORDINAMENT AĦJAR BIEX JIĠU NDIRIZZATI D-DIFFIKULTAJIET TA' ĠENITURI TA' TFAL BID-DOWN SYNDROME

pr1096
Date Icon 25/05/2013

Is-Segretarju Parlamentari Franco Mercieca se jkun qiegħed jikkordina ma’ Ministeri oħrajn biex jiġu indirizzati bosta nuqqasijiet li jħabbtu wiċċhom magħhom il-ġenituri ta’ persuni b’diżabbiltà fil-qasam tas-saħħa kif ukoll fil-qasam edukattiv.

L-Onor. Franco Mercieca sostna dan meta dalgħodu ħa sehem f’konferenza li ttellgħet mill-Assoċjazzjoni Maltija tad-Down Sydrome fejn ġenituri ta’ tfal li jbatu b’din il-kondizzjoni kellhom l-opportunità li jiltaqgħu miegħu u mal-Ministru għal Għawdex Dr Anton Refalo fil-Ministeru għal Għawdex. Matul din il-laqgħa l-ġenituri ta’ tfal b’din il-kundizzjoni elenkaw bosta nuqqasijiet fl-oqsma tas-saħħa u l-edukazzjoni u saħqu fuq il-bżonn ta’ azzjoni biex ikun hemm kordinament aħjar fis-servizzi li jiġu offruti lill-persuni b’diżabbiltà.

B’reazzjoni għal dawn il-kummenti, Dr Mercieca ħa l-inizjattiva li jikkordina mal-Ministeri kkonċernati l-problemi elenkati. Huwa żied jgħid li se ssir insistenza biex il-ġenituri ta’ tfal b’diżabbiltà jiġu mgħarrfa mat-twelid bis-servizzi disponibbli għalihom. Dan fid-dawl tal-fatt li sal-lum bosta ġenituri, partikolarment f’Għawdex mhumiex konxji tas-servizzi li jistgħu jibbenefikaw minnhom uliedhom kif ukoll huma f’dan il-mument delikat f’ħajjithom.

Fl-interventi tiegħu Dr Mercieca qal li fil-preżent hemm 97 tifel u tifla bid-Down Syndrome taħt l-età ta’ 16-il sena li huma rreġistrati maċ-Child Development Assessment Unit (CDAU).Is-Segretarju Parlamenatri żied jgħid li l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-qraba tal-persuni b’diżabbilta mhumiex biex irabbuhom, iżda biex jgħallmuhom, u jgħallmu lil ħaddieħor kif għandu jittratta magħhom. 

“Dawn it-tfal għandhom ħiliet differenti u għalhekk irridu napprezzaw l-abbiltajiet varji tagħhom, u l-bżonn ta’ aktar edukazzjoni u kuxjenza biex in-nies jagħrfu japprezzaw aktar l-abbiltajiet tal-persuni bid-Down Syndrome”, saħaq Dr Mercieca.

Is-Segretarju Parlamentari argumenta li dawn in-nies ma jridux ikunu ta’ piż fuq il-pajjiż, għax huma persuni li jridu jaħdmu u jikkontribwixxu bħal kull ċittadin ieħor.

Huwa żied jgħid li matul is-snin sar ħafna xogħol, iżda għad irid isir ferm aktar milli sar speċjalment fil-qasam edukattiv meta t-tfal jagħlqu s-16-il sena.

Qal li l-enfasi trid tkompli wara li dawn it-tfal jispiċċaw l-iskola ta’ 16. “Saret l-integrazzjoni tagħhom fi skejjel mainstream, iżda din ma tistax tieqaf la darba jagħlqu s-16-il sena għax il-ħajja tagħhom tkompli bħal ta’ kulħadd wara li jagħlqu din l-età”, saħaq Dr Mercieca waqt li sostna li l-ħajja tal-persuni b’diżabbiltà għandu tkun dejjem mainstream u mhux biss fid-disa’ xhur tal-iskola.

Huwa tkellem ukoll dwar il-vojt li jinħoloq meta dawn it-tfal jispiċċaw l-iskola ta’ 16-il sena u n-nuqqas ta’ inizjattivi biex dawn jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Fl-istess waqt semma bosta inizjattivi li qed jieħu s-Segretarjat Parlamentari biex tkun indirizzata din il-problema.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow