Left arrow Go Back

BIDLIET FIL-QASAM SOĊJALI BIEX IT-TAXXI TAL-POPLU TAGĦNA VERAMENT JINDIRIZZAW IL-BŻONNIJIET TAL-PERSUNI VULNERABBLI

pr1087
Date Icon 24/05/2013

Waqt l-għeluq tas-seminar fil-ġimgħa ddedikata għas-Sigurtà Soċjali, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca qalet li l-bidliet li se jwettaq il-Gvern fil-qasam soċjali jridu jassiguraw li t-taxxi tal-poplu verament jindirizzaw il-bżonnijiet tal-persuni vulnerabbli f’pajjiżna.

Matul dan is-seminar, li ttella’ fl-okkażjoni tas-sebgħa u ħamsin sena mill-introduzzjoni tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, l-Onorevoli Marie-Louise Coleiro Preca saħqet li l-bidliet iridu jkunu integrati u ħolistiċi bil-għan li l-inizjattivi jħallu r-riżultati mixtieqa.

Inizjattivi, spjegat Coleiro Preca, li għandhom jittieħdu f’waqthom u b’mod dirett biex aktar persuni jkunu empowered f’pajjiżna.

B’referenza diretta għall-ħaddiema kollha li jaħdmu fl-Uffiċini Distrettwali u li kienu preżenti għal dan is-seminar, il-Ministru Coleiro Preca qalet li huma l-impjegati nfushom li għandhom jiġġeneraw is-sapport u t-tisħiħ ta’ dawn l-inizjattivi.

Huwa għalhekk li ħeġġet lil kull min huwa interessat, biex iwassal is-suġġerimenti tiegħu fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-bidliet, biex ankè huma jkunu minn ta’ quddiem f’dan il-proċess.

L-Onor. Coleiro Preca qalet li huma l-impjegati fi ħdan id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li għandhom jittrażmettu d-dinjità li tixraq lill-persuni vulnerabbli f’pajjiżna.

Hija ddeskriviet l-integrazzjoni tas-servizzi bħala proġett kbir, bl-intenzjoni tkun li jinħolqu networks komunitarji li jaħdmu id f’id għall-ġid tas-soċjetà.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow