Left arrow Go Back

FAVUR DEJJEM AKTAR FONDI EWROPEJ GĦALL-KUNSILLI LOKALI U NGO’S FIL-PROGRAMM FINANZJARJU L-ĠDID 2014-2020

pr1085
Date Icon 24/05/2013

“Fil-programm finanzjarju l-ġdid irridu nassiguraw li aktar Kunsilli Lokali u NGO’s jibbenefikaw minn fondi Ewropej biex b’hekk dawn il-fondi jkunu jistgħu jissarrfu fi proġetti fejjieda għall-komunità tagħhom. Fl-istess waqt jeħtieġ daqstant ieħor niżguraw li l-benefiċjarji jkunu mħarrġa u fi struttura li tista’ timplimenta l-proġetti b’mod professjonali kif mistenni”. Dan sostnieh l-Onor. Ian Borg Segretarju Parlamentari għall-Affarijiet Ewropej u għall-Presidenza UE 2017, li kien qed jindirizza seminar li kien qed jara l-konklużjoni ta’ proġett iffinanzjat minn fondi Ewropej u li l-benefiċjarju tiegħu kien il-Kunsill Lokali tal-Imġarr.

L-Onor. Borg sostna li fil-kariga tiegħu bħala Segretarju Parlamentari responsabbli minn fondi Ewropej ħa jkun impenjat li jkompli jgħin aktar NGO’s u Kunsilli Lokali fit-twettiq ta’ proġetti b’kofinanzjament mill-UE. Għajnuna teknika lil diversi NGO’s u Kunsilli Lokali, illum il-ġurnata diġà tingħata mill-MEUSAC.

Is-Segretarju Parlamentari qal ukoll li għalkemm vera li l-proċess ta’ applikazzjoni u implimentazzjoni ta’ proġetti bħal dawn għandu jkun wieħed aktar issimplifikat, iżda dan qatt ma għandu jservi sabiex tiġi mxekkla t-trasparenza u li jkunu osservati r-regolamenti kollha Ewropej.

Il-proġett li ġie mwettaq mill-Kunsill Lokali tal-Imġarr intitolat ‘Cypfire’  ibbenefika minn madwar 120,000 Euro taħt il-Med Programme 2007-2013. Il-Med Programme 2007-2013 huwa transitional cooperation programme li permezz tiegħu ġew iffinanzjati proġetti relatati mal-innovazzjoni, ambjent, żvilupp sostenibbli u aċċessibiltà fir-Reġjun tal-Meditterran.

L-għan ta’ dan il-proġett partikolari kien li jipproponi soluzzjoni prattika, ekoloġika u ekonomika ta’ kif wieħed jista’ jipprevjeni jew inaqqas il-possibbiltajiet ta’ nirien ġewwa għelieqi u widien.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow