Left arrow Go Back

L-ONOR. EDWARD ŻAMMIT LEWIS “IL-GVERN INIEDI ŻEWG SEJĦIET INTERNAZZJONALI GĦALL-ESPRESSJONI TA' INTERESS GĦALL-GĦOTI TA` KONĊESSJONIJIET TAL- KAŻINÒ, WIEĦED F’MALTA U WIEĦED F'GĦAWDEX”

pr1084
Date Icon 24/05/2013

L-Onor Żammit Lewis illum wara nofsinhar spjega kif il-kazinos f'Malta għandhom storja twila li f’tul iż-żminijiet saru komponent tal-kultura ta’ divertiment li toffri Malta.  Huwa spjega li l-operazzjonijiet tagħhom saru dejjem iktar evoluti bl-użu ta teknoloġija u b’ investiment għoli fejn ġew applikati metodi u sistemi inovattivi sabiex din l-industrija tkompli tikber.

Huwa rrefera għad-diskors tal-aħħar baġit fejn fakkar li l-Prim Ministru Dr Joseph Muscat  kien ħabbar li l-Gvern se jkun qed joħroġ żewġ sejħiet internazzjonali għall-konċessjonijiet għall-linċenzja ta’ Każinò - wieħed f'Malta u wieħed f’Għawdex. 

“Bħala Gvern ridna nuru li aħna mhux biss se noħorġu dawn is-sejħiet, iżda dawn is-sejħiet se jinħargu f’żmien relattivament qasir.  Messaġġ ta’ Gvern li jaħdem għat-Tkabbir Ekonomiku ta’ pajjiżna.”  saħaq is-Segretarju Parlamentari  Żammit Lewis.

Illum infetħu żewġ Espressjonijiet ta’ interess, fejn mil-lum operaturi ta' każinòjiet internazzjonali u anke lokali jistgħu jiġbru d-dokumenti għall-Espressjoni ta' interess mill-Privatisation Unit. L-ambitu ta’ ħruġ ta’ dawn iż-żewġ espressjonijiet ta’ interess għal konċessjonijiet tal-każinò huma diversi:

1. Biex jinbena l-kunċett ta’ Turiżmu Ħolistiku f’Għawdex, fejn pajjiżna jkun jista joffri pakkett turistiku iktar ħoltisiku.  B’hekk Għawdex  jkun jista joffri firxa iktar wiesgħa ta' attrazzjonijiet turistiċi li jħeġġu t-tursiti jagħmlu użu min servizzi tal-ospitalità u divertiment f’oqsma oħrajn u anke fil-ħinijiet tal-lejl.  Dan sintendi se jgħin għat-Tkabbir Ekonomiku f’Għawdex u biex jinħoloq Xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin.

2. Biex ikomplu jinħolqu aktar opportunitajiet tax-xogħol ta kwalità kemm f'Malta u kemm f’ Għawdex fis-settur tal-logħob, li matul is-snin saret attività importanti għall ġenerazzjoni ekonomika ta’ pajjiżna. Sal-lum, kważi 1,000 ruħ huma impjegati full-time jew part-time mal-kasinos liċenzjati attwali.

3. Biex tittejjeb il-pożizzjoni ta’ Malta fuq il-mappa tad-divertiment internazzjonali, li toffri taħlita unika ta' attrazzjonijiet kulturali, ġeoloġiċi u divertiment.  Perswas li l-Każino f’Għawdex se jgħin biex iressaq turisti ta’ kwalità ġodda li se jippreferu lil Għawdex mhux biss minn Malta, iżda se jippreferu lil-Għawdex mill-pajjiżi kollha fil-Mediterran

4. Biex jistimulaw it-tkabbir fis-settur tal-ospitalità, mhux biss fil-lukandi u ristoranti, iżda wkoll fl-ajru u l-ivvjaġġar bil-baħar, peress li jiġu itkar turisti lejn pajjiżna.

5. Il-Gvern il-ġdid huwa impenjat li l-proċess tal-evalwazzjoni tal-espressjonijiet ta interess jsir b’mod kemm jista’ jkun effiċjenti, ovvjament mingħajr ma nnaqqsu il-kwalità ta dan il-proċess.  Proċess li se jinvolvi team ta’ professjonisti mis-speċjalizzazjonijiejt tal-konċessjonijiet, gaming, każinos u viabilità finanzjarja.

L-Onor Żammit Lewis spjega l-proċess li se jkun hekk kif ġej:

*Mil-lum, iż-żewġ dokumenti tal-espressjoni ta interess jistgħu jinġabru mill-Privatisation Unit fis-Sliema, bi ħlas.

*Dawk interessati jistgħu jressqu s-sottomissjonijiet tal-interess tagħhom sal-1 Lulju, 2013

*Sottomissjonijiet separati jintlaqgħu għal konċessjoni ta’ Każino f’ Malta u għal dak f’ Għawdex

*Il-proponenti se jingħataw il-possibbiltà li jkunu innovattivi fl-iffurmar tal-proposta tagħhom, u għalhekk il-Gvern ser jevalwa kull proposta sottomessa bil-ħsieb li ngħinu u mhux infixxklu l-kreattività u  l-innovazzjoni. 

*Madankollu, proponenti se jkunu meħtieġa li jikkonformaw mar-rekwiżiti kif stabbiliti fid- dokument tal-espressjoni ta’ interess, punt importanti huwa  li l-Każinos huma regolati taħt liġi speċifika, jiġifieri l-Att dwar il-Logħob, u għalhekk ir-rekwiżiti fil-liġi għandhom jiġu sodisfatti

*Waqt li l-Gvern qed jistieden proponenti biex ikunu kreattivi u innovattivi, dawk li jippreżentaw espressjoni ta’ interess se jkunu meħtieġa li jipprovdu l-pjanijiet u d-dettaljati fuq il-proġett tal-każinò propost tagħhom u l-operat ta’ tali Kazinò proponut.

*La darba l-espressjonijiet kollha ta interess sottomessi jiġu vvalutati mill-Gvern, imbagħad it-tieni stadju fil-proċess se jidħol fis-seħħ sabiex finalment jintgħazel konċessjonarju ta’ kasinò għal Għawdex, u konċessjonarju wieħed għal Malta, li se jkunu wkoll meħtieġa li japplikaw għal-Liċenzja ta’ Każinò minngħand l-Awtorità tal-Lotteriji u Logħob.

“Ninsabu kunfidenti li dawn is-sejħiet ser jiġġeneraw interess qawwi” temm jgħid l-Onoreveli Żammit Lewis.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow