Left arrow Go Back

DISKORS MILL-BRIGADIER MARTIN XUEREB FL-OKKAŻJONI TAL-PASSING OUT PARADE TAR-REKLUTI L-ĠODDA – IL-ĦAMIS 23 TA’ MEJJU

pr1077
Date Icon 23/05/2013

Onorevoli Ministru,

Segretarju Parlamentari

Mistednin distinti oħra,

Sinjuri,

L-ewwel u qabel kollox nixtieq nilqa’ lill Onorevoli Mallia għal din l-ewwel esperjenza tiegħu bħala reviewing officer.  Nixtieq ukoll nirrinrazzjah  tal-interess personali li ħa biex ikun jaf aktar dwar dan ir-reklutaġġ u dwar l-okkażjoni tal-lum.

Suldati ġodda tal Forzi Armati ta’ Malta, ftit tax xhur ilu inthom kontu fost dawk li rċevew l istedina biex isiru suldati. Kienu ħafna li wrew l-interess però intom biss irnexxielkom issarfu l-istedina fl-okkażjoni tal-lum. Intom biss kontu kapaċi twasslu sal-aħħar ix-xewqa tagħkom biex isservu lill pajjiżkom bħala membri fil Forzi Armati ta’ Malta.

Ma għandix dubju li llum hija ġurnata li ser tibqgħu tiftakruha tul ħajjitkom kollha.  Quddiem mistednin distinti, l għeżież tagħkom u quddiem membri msieħba fl-istess Forza qegħdin issiru membri sħaħ tal Forzi Armati ta’ Malta, istituzzjoni żagħżugħa u dinamika.  Waħda li tibni fuq it-tajjeb tal passat u tħares dejjem ’il quddiem.

Huwa għalhekk illi lejn il-futur intom tridu tħarsu.  Mhux biss il-futur tagħkom, imma wkoll il futur ta’ din l-istituzzjoni tant għażiża għalina.  Dan għaliex il-ġejjieni ta’ din il-forza jiddependi wkoll fuqkom.  Għalhekk filwaqt illi nħeġġiġkom biex  tagħmlu kull sforz biex tirnexxu u timxu ’l quddiem, ma tagħmlux l-avvanz personali tagħkom l-għan ewlieni ta’ ħajjitkom.  Ftakkru illi għandna bżonnkom. Żommu f’moħħkom li mingħajr il membri tagħha din il Forza ma tiswa xejn. Dejjem ftakkru illi s-saħħa tagħna hija bħal ħabel tal qanneb. Meta jinstilet ma jiswa xejn, però meta l ħjut huma magħqudin, il ħabel kapaċi jġorr piż liema bħalu.

Bla dubju r Reklutaġġ kien sfida kbira għalikom. Possibbilment għal xi wħud l-akbar sfida li qatt affrontajtu.  L-awgurju tiegħi hu illi issa tifhmu l-għan tar Reklutaġġ. Nispera illi diġà qegħdin tagħtu sens għal dak illi forsi fl-ewwel ġimgħat ħassejtu illi m’hu xejn ħlief għajjat fil-vojt u strapazz żejjed. Żgur illi meta ser tkunu f’sitwazzjonijet partikolari u delikati ser tapprezzaw aktar minn issa, l-bżonn li naħdmu bħala tim, li tiżguraw illi l-biċċa tagħkom bħala individwi ma tkunx il-ħolqa dgħajfa fil-katina. 

Fil jiem li ġejjin ser tirraportaw fil post tax xogħol assenjat lilkom.  Bħal dejjjem aħna nieħdu rendikont tax-xewqat tagħkom però mhux kulħadd ser ikun kuntent sa barra bil-posting tiegħu.  Forsi ser ikun hemm xi wħud li ser ikunu xi ftit diżappuntati madanakollu ftakkru dejjem li kull wieħed u waħda minnkom ser imur fejn hemm bżonn. Nitlobkom għalhekk biex tkunu fejn tkunu tagħmlu l almu tagħkom. Kunu suldati professjonali, u determinati li tirnexxu. Kunu mudelli għal dawk li ser jiġu warajkom u ambaxxaturi ta’ din il Forza il-ħin kollu u mhux biss meta lebsin l-uniformi.

Suldati ġodda, intom illum ser tibdew tagħmlu parti minn Forza illi b’għaqal u entużjażmu rnexxiela twessa l orrizonti u żżid l opportunitajiet għall membri tagħha.  Illum aħna naħdmu għall ġid ta’ Malta barra minn xtutna.  Nagħtu kontribut biex bħala pajjiż sovran, membru tal Unjoni Ewropea u tan Nazzjonijiet Uniti nassiguraw il paċi u l prosperità ’l bogħod minna.  Nistidinkom biex tkunu kunfidenti u kuraġġuzi fl-għażliet tagħkom.  Inħeġġiġkom titgħallmu mit-tajjeb mhux titħajjru minn dak li huwa faċli. M’għandi l-ebda dubju li intom ser tkunu għaqlija biżżejjed biex taffaċċjaw l isfidi u tibdluhom f’opportunitajiet. Ċert li ser tħaddnu l kunċett ta’ life long learning u  ż żerriegħa li nżergħet u nibtet waqt dan ir-Reklutaġġ ser tindukrawha.  Da parti nassigurakom li ser nagħmel dak li nista biex l-ilma ma jonqosx madankollu t tisqija f’idejkom.

Nixtieq ngħalaq billi għal darb’oħra nirringrazzja lill Ministru tal preżenza tiegħu fostna. Nixtieq nirringrazzjah tal fiduċja li wera fina u għax-xewqa tiegħu li jara Forza miexja ’l quddiem.

Nirringrazzja wkoll lis-Segretarju Parlamentari Buontempo tal preżenza tiegħu u tas-support illi ser ikompli jagħti lill-iskema tal-Atleta Suldat.

Grazzi wkoll lil dawk kollha li ħarrġukom tul dawn l aħħar erba’ xhur. Tagħhom mhu xogħol faċli xejn; dawn l erba xhur sfida kontinwa għalihom ukoll. Nirringrazzjahom ukoll talli preparawkom għal  parata verament eċċellenti.

Grazzi wkoll lill għeżież tagħkom illi f’dawn l aħħar ġimgħat tawkom l appoġġ meħtieġ. Nitlobhom ikunu kburin bikom u bl-għażla li għamiltu.

Fl aħħar nett, lilkom quddiemi, f’isem il membri kollha tal Forza nifirħilkom u nawguralkom suċċess fil karriera tagħkom.

Grazzi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow