IMĦABBRA L-BORDIJIET TAL-MALTA ENTERPRISE U L-MALTA INDUSTRIAL PARKS
pr1060
22/05/2013
Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona ħatar il-bord il-ġdid tal-Malta Enterprise.
Dan il-bord se jitmexxa minn Dr. Mario Vella bħala Chairperson u William Wait bħala Deputat Chairperson. Il-membri l-oħra tal-bord se jkunu Anton Borg, Michael Grech, Peter Borg, David Marinelli, Victor Carachi, Marlene Seychell u David Curmi bħala rappreżentant tal-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija, filwaqt li l-GRTU għad trid taħtar ir-rappreżentant tagħha.
Il-Ministru Cardona ħatar ukoll il-bord il-ġdid tal-Malta Industrial Parks.
Iċ-Chairperson ta’ dan il-bord se jkun Tony Zahra, filwaqt li l-membri se jkunu Joshua Zammit, Michael Vella Haber, Anita Mangion u Jeremy Dalli.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en