Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KOMPETITTIVITÀ U T-TKABBIR EKONOMIKU, F’GĦELUQ IL-KONFERENZA DDEDIKATA GĦALL-JUM MARITTIMU EWROPEW - VALLETTA - 21 TA’ MEJJU 2013

pr1051
Date Icon 21/05/2013

Il-Konferenza ddedikata għall-Jum Marittimu Ewropew 2013, tat l-opportunità lill-parteċipanti kollha biex jiltaqgħu flimkien taħt saqaf wieħed u jiddiskutu l-ideat tagħhom. Jiena konvint li l-Konferenza 2013, se tilħaq l-għanijiet tagħha sabiex jiżdiedu l-għarfien u l-viżibbiltà dwar l-importanza tal-ibħra Ewropej, dan żgur li ser iwassal biex ikollna ‘Blue Economy’ b’saħħitha; li toħloq progress ekonomiku u l-ħolqien ta’ impjiegi u impjiegi ta’ kwalità.

Matul dawn il-jumejn Malta bħala Stat Membru se tieħu rwol proattiv fit-tfassil tal-politika marittima futura tal-Ewropa. Il-mod ta’ kif giet organizzata din il-Konferenza tkompli tenfasizza l-ħtieġa ta’ appoġġ għall-iżvilupp ulterjuri ta' turiżmu kostali u marittimu fl-Ewropa, inkluż il-wirt marittimu u kostali, nawtiku, tal-‘cruiseliners’ u attivitajiet ta' divertiment.

Il-pożizzjoni ġeografika ta’ Malta tidentifika wkoll l-importanza tal-ippjanar, l-iżvilupp u t-tħaddim tan-‘networks’ tat-trasport trans-Ewropej. Dan jikkontribwixxi għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u t-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Finalment, din twassal għal mobilità sostenibbli ta’ persuni u merkanzija u tassigura l-aċċessibilità għar-reġjuni kollha tal-Unjoni.

Il-Konferenza ddedikata għall-Jum Marittimu Ewropew qed turi b’mod ċar li hija għodda addizzjonali li ssaħħaħ it-trasparenza fid-deċiżjonijiet tal-Ewropa, dan għaliex qed tinvolvi b’mod dirett lill-partijiet interessati fit-tfassil tal-politika marittima. Għal Malta dan l-involviment huwa meqjus kruċjali sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp ta’ sħubija ġdida bejn l-‘stakeholders’ kollha, dan jiżgura l-ħolqien  tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali aktar konkret.

L-Ewropa tinsab f’salib it-toroq. Nemmen bi sħiħ li l-triq 'il quddiem għandha tkun dik li b’mod kollettiv  tiffoka fuq it-teħid ta’ numru ta’ deċiżjonijiet sostenibbli u realistiċi, fejn l-objettiv ikun wieħed ċar; ‘Blue Growth fl-Ewropa mingħajr dewmien’

Wara dawn il-jumejn ta’ diskussjonijiet, kollha kemm aħna għandna naħdmu bi sħiħ biex ta’ bilħaqq niksbu riżultati sodisfaċenti relatati ma’ Blue Growth. Metaforikament nitkellem, dan il-proċess huwa simili għall-proċess ta’ bini ta’ bastiment, fejn dan tal-aħħar jinvolvi ħafna xogħol u dedikazzjoni. L-istess xogħol u dedikazzjoni għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna biex verament inkunu nistgħu nilħqu dan it-tkabbir ekonomiku.  

Fil-każ tagħna, l-għanijiet ewlenin ta’ Malta huma li nisfruttaw u nimmasimizzaw il-mezzi kollha relatati mas-settur marittimu sabiex inkunu nistgħu nappoġġjaw tkabbir sostenibbli, kompetittività u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda. Nemmen bi sħiħ li kemm is-sessjoni politika tal-lum, kif ukoll ta’ għada ddedikata għal is-‘stakeholders’ ser joffru bosta idejat siewja kif ukoll r-rieda politika meħtieġa li nimbarkaw fuq dan il-vjaġġ tant meħtieġ.

Sabiex nagħmel dan, nixtieq infakkarkom dwar l-għodda  kollha li għandna fl-idejna, li jinkludu ‘Limassol Declaration’ u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-‘Blue Economy Agenda’, fejn din tal-aħħar tinkludi l-impenn politiku lejn il-‘Blue Economy’. Issa jeħtieġ li npoġġu l-kompetenzi rilevanti flimkien sabiex nibdew din il-ħidma. Biex noperaw b'mod effettiv u niksbu l-iskop aħħari tagħha, għandna bżonn li jiġu maqbula numru ta’ standards stabbiliti minn regolamenti internazzjonali.

Kwalunkwe, proposti leġiżlattivi fil-qafas tal-Politika Marittima Integrata (IMP), li huma direttament immirati biex jilħqu l-għanijiet li qed jiġu diskussi matul din il-Konferenza, għandhom jiġu strutturati b'tali mod li mhux biss jimminimizzaw il-piżijiet amministrattivi iżda wkoll biex jippermettu spazju adekwat sabiex l-Istati Membri differenti jkun jistgħu jopperaw skont iċ-ċirkostanzi tagħhom.

Il-messaġġ tagħna huwa wieħed ċar, ma għandux jkun hemm dewmiem fil-proċess, iżda jeħtieġ li naħdmu flimkien u nikkoperaw sabiex nilħqu l-miri tagħna. Nemmen li dawn iż-żewġ ġranet ser jagħtu lok għal diskussjonijiet produttivi u l-quċċata ta’ ideat. Ix-xogħol tagħna fuq dawn jumejn m'għandux jieqaf hawn, irridu naġixxu fuq dak li għandna konkluż.

Fi ħdan il-qafas tal-IMP għandna nimbarkaw fuq proġetti realistiċi u aktar effettivi li jiżguraw li l-għanijiet u l-objettivi jkunu milħuqa; għaldaqstant għandna nagħżlu proġetti li huma pragmatiċi u realistiċi li jqisu l-isfidi b’mod ħolistiku li malajr qed jinbidlu fl-industrija tal-baħar u dik marittima. Aħna lkoll għandna nisimgħu b'attenzjoni għal dak li se jiġi espress għada waqt l-‘istakeholders day’.

Fuq nota finali, irrid ngħid li jekk aħna verament nemmnu li nistgħu nilħqu l-għanijiet diskussi matul din il-Konferenza Ewropea jeħtieġ nadottaw politika realistika, effettiva u sostenibbli u din għandha titwettaq mingħajr l-ebda piż żejjed fuq l-industriji rispettivi. L-attivitajiet Ewropej dwar l-oċeani u l-ibħra għandhom isiru b'konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti. Huwa wkoll vitali li l-politiki futura, li għandha implikazzjoni diretta jew indiretta fuq l-‘Blue Growth Agenda’, tkun adottata b’mod integrali.

Wasal il-ħin biex ngħaddu tmun lill-Bremen. Nawgurawlhom l-aqwa xewqat lill-belt ta 'Bremen u nassigurakom li Malta hija lesta li toffri kwalunkwe għajnuna biex tiżgura suċċess fill-Konferenza ddedikata għall-Jum Marittimu Ewropew 2014.

Nixtieq ukoll nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-Kummissjoni Ewropea u t-tim tagħha għall-kooperazzjoni li wrew u assistenza li huma pprovdew matul il-proċess ta’ tħejjija fil-mixja lejn din il-Konferenza. Nixtieq ukoll nirringrazzja lill-uffiċjali kollha Maltin li ħadmu bla heda biex jiżguraw li din l-istorja tkun suċċess.

Grazzi tal-attenzjoni tagħkom

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow