L-INVESTIMENT TAL-MALTA FREEPORT TERMINALS MIEXI SKONT KIF KIEN IPPJANAT – IL-MINSTRU CHRIS CARDONA
Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Dr. Chris Cardona żar il-Freeport ta’ Malta fl-okkazzjoni tal-Jum Marittimu Ewropew.
Il-Ministru Cardona, akkumpanjat mill-Kap eżekuttiv tal-Malta Freeport Terminals Uwe Malezki u mid-direttur Alex Montebello żar ix-xogħol ta’ estenzjoni li qed isir b’investiment ta’ 12-il miljun ewro.
Din l-estenzjoni, li x-xogħol fuqha miexi skont kif ippjanat, għandha twassal fost l-oħrajn biex il-Freeport jibda’ joffri servizz lil vapuri li bħalissa għadhom qed jinbnew ta’ wieħed mill-akbar klijenti tal-Freeport, il-Maersk Line. Dan l-iżvilupp għandu jwassal biex il-Freeport ikun jista’ jirbaħ il-kompetizzjoni li teżisti f’dan is-settur. Il-Ministru Chris Cardona qal li dan l-investiment mhux biss se jwassal biex il-Malta Freeport Terminal iżid l-operat f’pajjiżna imma wkoll joħloq aktar impjiegi fis-settur.
Dr. Cardona rringrazzja lil Malta Freeport għall-inizjattiva li ħadu li jifthu l-bibien tagħhom għal pubbliku fl-okkazzjoni tal-Jum Marittimu Ewropew li bħalissa qed ikun organizzat f’pajjizna. Il-Ministru qal li dan l-avveniment qed ikun organizzat f’Malta fi żmien meta l-gvern jinsab għaddej b’ħidma bil-għan li jwettaq il-porġett ambizzjuz li pajjizna jsir Ċentru Marittimu ta’ eċċellenza fil-Mediterran. L-ewwel impenn, se jkun il-pubblikazzjoni ta’ sejħa internazzjonali ta’ interess li se tkun ippublikata fil-jiem li gejjin biex is-sit fejn kien hemm il-Malta Ship Building ikun żviluppat f'ċentru marittimu.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en