SEMINAR BIT-TEMA IL-KANĊER TAS- SIDER F’GĦAWDEX
Matul il-ġimgħa li għaddiet f’Għawdex ġie organizzat seminar li tratta l-marda tal-kanċer tas-sider. Dan is-seminar tratta diversi temi relatati ma’ dan is-suġġett fosthom id-dijanjożi tal-marda, it-trattament kirurġiku, il-perspettiva tal-pazjent u l-familja, il-komunikazzjoni bejn il-professjonisti u il-pazjent, u l-kura nnifisha.
Fis-seminar ħadu sehem diversi esperti f’dan il-qasam kif ukoll numru ta’ persuni li għaddew minn din l-esperjenza qarsa li taf toffri l-ħajja. Din l-attività kienet indirizzata ukoll mill-Ministru għal Għawdex l-Onor. Dr. Anton Refalo fejn waqt l-indirizz tiegħu stqarr li għakemm sar miljorament fis-servizzi relatati ma’ dan il-qasam f’Għawdex xorta ninsabu ’l bogħod minn dak li nixtiequ li naraw f’Għawdex.
Huwa qal kif matul din l-amministrazzjoni f’Għawdex ser jibdew jingħataw servizzi ġodda bħal dak tar-radiotherapy kif ukoll chemotherapy. Huwa għalaq billi awgura li dak li ġie diskuss matul din l-attività jiġi miġbur f’forma ta’ proposti u mogħdija lill-Gvern attwali sabiex ikomplu jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa f’dan il-qasam.
Il-Ministru Refalo rringrazzja lill-għaqda Europa Donna Malta għall-organizzazzjoni ta’ din l-attività kif ukoll għad-dedikazzjoni u mħabba sinċiera li tiġi murija mal-pazjenti tal-kanċer tas-sider.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en