Left arrow Go Back

PROSIT LIL GIANLUCA U LILL-KONTINĠENT MALTI

pr1023
Date Icon 19/05/2013

Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Emmanuel Mallia jifraħ lill-kantant Malti Gianluca u l-band tiegħu li lbieraħ  għamel unur lil pajjiżna fil-finali tal-Eurovision Song  Contest. Gianluca Bezzina bis-sempliċità u l-karattru ferrieħi tiegħu rnexxielu jisraq il-qlub mhux biss tal-Maltin iżda ta’ dawk il-pajjiżi kollha li vvutawlna.  Għandna biex inkunu kburin li wasalna fi tmien pożizzjoni minn disgża u tletin pajjiż li kkompetu fil-Eurovision Song Contest. Dan kollu hu frott tal-ħidma ta’ Gianluca u l-band tiegħu kif ukoll tad-delegazzjoni Maltija mmexxija miċ-chairman tal-PBS Tonio Portughese u mic-CEO tal-PBS Anton Attard.

Il-Ministru kellu l-okażżjoni jifraħ lil Gianluca Bezzina immedjatament wara li tħabbar ir-riżultat  meta mar fil-kamra tal-kontinġent Malti backstage u feraħ lill-grupp kollu. Il-Ministru Mallia jirringrazzja lill-poplu Malti kollu li ngħaqad wara Gianluca biex jagħtih is-sostenn kollu.

F’dan il-qasam, għandna fejn inħarsu ‘il quddiem hekk kif pajjiżna ser jingħata pubblicità mad-dinja kollha meta Malta tospita is-sebgħin assemblea ġenerali tal-EBU (European Broadcasting Union) li ser issir ix-xahar li ġej.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow