STQARRIJA MILL-ONOR. MICHAEL FARRUĠIA, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA
Simplifikazzjoni Aministrattiva dwar il-fidi ta’ ċens ta’ proprjeta` tal-Gvern
Is-Segretarju Parlamentari Dr Michael Farrugia ħabbar wieħed mill-pjanijiet li ser jittwettqu sabiex ir-regoli dwar fidi ta’ ċens ta’ proprjeta` tal-Gvern jigu simplifikati b’mod ukoll li titneħħa inġustizzja lir-regoli preċedenti kienu ħolqu.
Dan għaliex minħabba terminu ta’ żmien li ried jgħaddi biex wieħed seta` jitħalla jifdi ċens ta’ proprjeta` tal-gvern wara li jkun applika, inħolqu sitwazzjonijiet li min applika biex jifdi cens fi snin partikolari għadu sa` llum ma jistax jagħmel dan. Mill-banda l-oħra kien hemm sitwazzjonijiiet li minn applika ħafna snin wara tħalla jifdi ċens fuq proprjeta` saħansitra fi żmien xaharejn u mill-għada seta` anke jbiegħha. Dan seta’jseħħ minħabba bidla li kienet saret fir-regolamenti dwar il-fidi ta’ ċens, liema regoli vvantaggaw nies li kienu applikaw f’perjodu partikolari iżda li ddiskriminaw ma min kien applika ħafna qabel. Dan għaliex ukoll, it-terminu ta’ żmien impost kien jibda jiddekorri min meta l-file ta’ dak li jkun jitlesta.
Għalhekk jista’ jagħti l-każ f’ċertu każijiet dan it-terminu għadu lanqas biss beda jittieħed in konsiderazzjoni. Sabiex titneħħa din id-diskriminazzjoni, is-Segretarju Parlamentari ħabbar li dan it-terminu issa ser jibda jgħodd minn meta l-persuna tkun applikat u mhux minn meta l-file in kwistjoni jkun risolt.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en