Left arrow Go Back

GĦADD TA’ INIZJATTIVI GĦAL ANZJANITÀ F’SAĦĦITHA U ATTIVA

pr1012
Date Icon 17/05/2013

Il-Gvern preżenti jinsab kommess li jippromulga politika soċjali dwar l-anzjanità li permezz tagħha se se jinħolqu aktar opportunitajiet biex l-anzjani jikbru b’suċċess, b’mod prodottuiv u attivament. 

Dan sostnih is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà u l-Anzjanità Attiva Dr Franco Mercicea meta llum indirizza ċ-Ċerminonja tal-Għeluq tal-International Programme in Health Promotion, Quality of Life, and Wellbeing li ttella’ f’Tas-Sliema.

Dr Merċieca qal li qegħdin ngħixu f’erà fejn il-popolazzjoni dinjija qiegħda dejjem tixjiħ. Huwa qal li l-età medja f’Malta fl-2011 kienet ta’ 40.5 sena, sentjen aktar mill-2005. Qal li dan kien riżultat tal-fatt li naqset ir-rata ta’ twelid u li żdiedet l-aspettattiva tal-ħajja kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa.

Huwa żied jgħid li ċifri preliminari miċ-Ċensiment tal-2011 jindikaw li sal-aħħar tal-2011, kważi terz tal-popolazzjoni jew 98,547 persuna, kiellhom 60 sena jew aktar. Skont proġettazzjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea jindikaw li fl-40 sena li jmiss il-popolazzjoni ta’ dawk li għandhom 65 sena jew aktar se tiżdied minn 15.1 fil-mija għal 31.2 fil-mija, waqt li l-popolazzjoni ta’ dawk li għandhom 80 sena se tiżdied minn 3.4 fil-mija għal 11.3 fil-mija.

L-Onor. Mercieca argumenta li quddiem din ir-realtà l-Gvern Malti ma baqax iħares u sa mis-sebgħinijiet, l-Istat beda joffri bosta servizz fil-komunità u servizzi oħrajn għall-anzjani li jkunu jeħtieġu kura fit-tul.

Huwa elenka bosta inizjattivi li beda u se jkun qiegħed jieħu dan il-Gvern biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani f’pajjiżna. Fost oħrajn semma l-Istrateġija Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva, it-trasformazzjoni taċ-Ċentri tal-Komunità għall-Anzjani f’lifelong learning hubs, emendi fil-Kodiċi Kriminali biex inħarsu l-anzjani vulnerabbli mill-abbuż, it-tisħiħ tal-Kunsilli Lokali biex jilħqu persuni anzjani bi bżonnijiet speċjali, l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali għad-Dimensja, l-għoti ta’ korsijiet għall-ħaddiema impjegati fil-qasam tal-anzjani, l-esplorazzjoni ta’ avvanzi riċenti fl-ICT li jistgħu jtejbu s-sigurtà u l-benessri tal-persuni anzjani, l-introduzzjoni ta’ leġislazzjoni biex intejbu l-istandards fil-qasam tal-long-term care, inħeġġu l-iskema ta’ pensjonijiet tat-tielet pilastru, it-titjib b’diversi modi tal-liġijiet preżenti fuq il-ħarsien soċjali u s-sigurtà biex intejbu l-livelli tad-dħul tal-anzjani.

Is-Segretarju Parlamentari żied jgħid li dan il-Gvern għandu enerġija, entużjażmu u ambizzjonijiet dwar il-politika tal-anzjani. Żied jgħid li s-Segretarjat Parlamentari huwa kommess li jassigura  li l-anzjani kollha f‘Malta jkollhom opportunitajiet aħjar biex jgħixu b’dinjità u sigurtà fejn igawdu minn aċċess għal servizzi essenzjali ta’ saħħa u soċjali, iżda wkoll li jirċievu d-dħul minimu permezz ta’ implimentazzjoni ta’ qafas ta’ ħarsien soċjali nazzjonali u investiment soċjali oħrajn.

Huwa saħaq li miżuri bħal dawn se jkunu qegħdin jestendu l-awtonomija u l-indipendenza ta’ persuni anzjani, jipprevjenu l-faqar u jikkontribwixxu għal xjuħija aktar b’saħħitha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow