Left arrow Go Back

IL-KUNĊETT TA’ ‘SOCIAL TOURISM’ GĦANDU BOSTA BENEFIĊĊJI MHUX BISS GĦAS-SETTUR TURISTIKU IMMA WKOLL GĦALL-EKONOMIJA INĠENERALI

pr1011
Date Icon 17/05/2013

Fil-ftuħ ta’ seminar dwar riċerka li saret mill-Università ta’ Malta dwar il-kunċett ta’ Social Tourism, il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella tkellem fuq l-importanza ta’ dan is-settur għall-qasam turistiku.

Semma’ kif il-kunċett ta’ social tourism ma jfissirx biss li wieħed jgħin lil dawk li għandhom dħul baxx jew li huma żvantaġġjati fis-soċjetà, iżda jfisser ukoll għajnuna lil destinazzjonijiet li jkunu qed jirreġistraw tnaqqis f’dak li huwa turiżmu kif ukoll dawk li jkunu f’perjodu ta’ low season.

Karmenu Vella qal li meta wieħed jippromwovi s-social tourism f’destinazzjonijiet bħal dawn, hemm possibilità li l-problema tal-istaġjonalità tonqos filwaqt li jkun qed jingħata kontribut lejn il-manteniment tal-impjiegi fis-settur is-sena kollha.

Il-Ministru Vella elenka wkoll benefiċċji oħra li s-social tourism jista’ jħalli fil-qasam turistiku fosthom żieda fl-opportunitajiet ta’ xogħol u appoġġ għan-negozji sew lokali u internazzjonali.

B’referenza diretta għall-proġett tal-Unjoni Ewropea SOTO dwar il-kunċett ta’ social tourism, il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella qal li l-proġett huwa wieħed innovattiv hekk kif  għandu l-għan li joħloq is-sisien għall-qafas Ewropew u li jippromwovi t-turiżmu soċjali bħala parti integrali mit-taħriġ vokazzjonali.

Saħaq li dan it-taħriġ se jiżviluppa u jżid il-ħiliet tal-operaturi turistiċi u se jiffoka fuq it-turiżmu soċjali mhux biss bħala kunċett ta’ turiżmu għall-persuni b’diżabilità jew għal anzjani iżda wkoll b’dimensjoni soċjali wiesa’.

Waqt l-istess seminar, ingħatat deskrizzjoni dettaljata tal-proġett SOTO “Socialising Tourism, integrated training course for social tourism”, liema proġett għandu l-għan li joħloq l-ambjent favorevoli għal turiżmu soċjali bil-ħolqien ta’ xibka ta’ operaturi sew pubbliċi kif ukoll privati u anke dawk volontarji. Il-proġett għandu wkoll l-għan li jżid il-livell ta’ għarfien fuq il-kunċett ta’ social tourism u jippromwovi t-turiżmu anke fi żminijiet ekonomikament diffiċli.

Pajjiżna qed jipparteċipa f’dan il-proġett permezz tal-Università ta’ Malta flimkien ma’ pajjiżi oħra li jinkludu l-Greċja, l-Italja, il-Polonja u r-Rumanija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow