Left arrow Go Back

IL-BELT VALLETTA TIRCIEVI FORMALMENT IT-TITLU TA’ BELT KULTURALI EWROPEJA 2018

pr1008
Date Icon 17/05/2013

Dalgħodu is-Segretarju Parlamentari responsabli mill-Kultura l-Onor. Jose’ Herrera attenda u pparteċipa fil-Kunsill tal-Ministri  responsabli mill-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sports. Il-Kunsill tal-Ministri kien qed jiltaqa bejn il-bieraħ u llum. Il-Qofol ta’ dawn il-jumejn intlaħaq dalgħodu meta s-Segretarju Parlamentari f’isem il-Gvern Malti irċieva t-titlu tal-Belt Valletta bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura li issa hija uffiċjalment il-Kapitali Ewropeja tal-Kultura 2018.

F’diskors li għamel qabel il-Belt Valletta kienet ddikjarat bħala l-Kapitali Ewropeja għall-2018 Dr. Herrera tenna s-sodisfazzjon personali tiegħu f’isem il-Gvern u l-poplu Malti u Għawdxi u fl-istess waqt irringrazzja lill-Kunsill tal-Ministri u lill-Kummissjoni Ewropea. Is-Segretarju Parlamentari qal li dan it-titlu ser jiftħilna “opportunitajiet ġodda sabiex nesploraw metodi oħrajn kif inġibu bidla għall-aħjar li tkun xprunata minn attivita kulturali u bidla li tkun sostenibli; li tisħaq fuq l-impatt konkret (legat) li ser tħalli warajha; u li tħares lejn il-ħtigijiet tas-socjeta’ fis-seklu 21 u dan permezz ta’ esplorazzjoni artistika u kulturali”.

Is-Segretarju Parlamentari aċċerta lill-Kunsill tal-Ministri li tħejjijiet ghall-Valletta 2018 mexjin ġmielhom fuq bosta fronti inkluż l-infrastruttura kulturali neċessarja, programmi li jilħqu u jinvolvu lill-komunita’, it-tisħiħ ta’ ftehim u kollaborazzjonijiet Ewropej u Mediterranji kif ukoll tħejjijiet finanzjarji.

Huwa qal li bil-ħidma u l-enerġija tas-socjeta’ ċivili u tal-għaqdiet mhux governattivi, pajjiżna bħalissa qed jesperjenza għadd ta’ inizjattivi meħudin minn individwi u organizazzjonijiet li fuq bażi ta’ kuljum qed iniedu proġetti kulturali u kreattivi ġodda.

Tenna li “l-prestiġju li jiġi minn dan it-titlu ser iżid fina l-ħeġġa u d-determninazzjoni li naraw settur kulturali dinamiku u attiv”. Għalhekk, qal is-Segretarju Parlamentari, dan l-Gvern jinsab ċert li “din l-attivita għandha u ser jibqa jkollha l-benefiċċji għas-soċjeta’ kollha: benefiċċji li jistgħu jitkejlu, bħal dawk ekonomiċi, u benefiċċji soċjali u kulturali intanġibbli li jaf ikollhom valur ikbar”.

Għalhekk huwa qal li l-Gvern Malti qed iħares ‘l quddiem lejn din l-opportunita u esperjenza li għandha twassalna u toħodna lil hinn mill-2018.

Fl-istess Kunsill l-ibliet ta’ Paphos f’Ċipru u t’Aarhus fid-Danimarka irċevew it-titlu ta’ bliet kapitali Ewropej ghall-2017.

Il-Kummissarju Androulla Vassiliou li hija responsabli mill-Kultura fil-Kummissjoni Ewropeja ferħet lill-ibliet li ingħataw it-titlu u awgurat lill-programm kulturali illi qed iħejju ikollu l-kwalita u l-attribwiti kollha biex jagħmel gieħ lit-titlu ta’ Belt Kulturali Ewropeja.

Fis-sessjoni ta’ dalgħodu s-Segretarju Parlamentari kien akkumpanjat mid-Deputat Rappreżentant Permanenti s-Sur Patrick Mifsud, mic-Chairman tal-Fondazzjoni 2018 Jason Micallef u il-Koordinatur tat-Taqsima tal-Kultura u l-Awdjo-Viziv Caldon Mercieca. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow