Left arrow Go Back

L-ASSEMBLEA ĠENERALI TAL-EBU SER ISSIR F’PAJJIŻNA

pr1006
Date Icon 17/05/2013

Il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, flimkien mal-Public Broadcasting Services, iħabbru li s-sebgħin Assemblea  Generalii  tal-European Broadcasting Union (EBU) ser issir  f’pajjiżna f’Ġunju li ġej. 

L-EBU hija l-akbar assoċjazzjoni li tiġbor professjonisti li jaħdmu fil-media minn madwar id-dinja. Din l-assemblea hija l-aktar struttura importanti fi ħdan l-EBU u tagħti pubbliċità qawwija lil pajjiżna. Minkejja li kien hemm bosta pajjiżi oħra li wrew ix-xewqa li dan l-avveniment iseħħ f’pajjiżhom, għat-tieni darba minn mindu ilha jsir l-assemblea ġenerali, intgħażlet Malta. L-ewwel darba li saret l-assemblea ġenerali tal-EBU f’pajjiżna kien fl-1995.

Fuq stedina tal-PBS, għada filgħodu l-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, ser jiltaqa’ ma’ Ingrid Deltenre f’Malmo l-Iżvezja, li hija d-Direttur Ġenerali tal-EBU. Għal din il-laqgħa, li fiha ser jiġu diskussi l-aħħar preparamenti tal-Assemblea Ġenerali, ser jattendu wkoll iċ-Chairman tal-PBS Tonio Portughese u s-CEO tal-PBS Anton Attard.

Wara, il-Ministru Emmanuel Mallia ser ikun preżenti fil-finali tal-Eurovision Song Contest. Il-Ministru Emmanuel Mallia jifraħ lil Gianluca u lid-delegazzjoni Maltija tal-professjonalità li wrew ilbieraħ li ssarrfet fis-suċċess li ksibna fis-semifinali. Il-fatt li pajjiżna ser ikun jista’ jikkompeti fil-finali diġà huwa pass importanti. Il-Ministru Emmanuel Mallia jawgura lil Gianluca għall-finali tas-Sibt li ġej.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow