STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI
Imħabbra l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Familja
F’dawn l-aħħar siegħat, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali l-Onorevoli Marie-Louise Coleiro Preca ħabbret it-twaqqif tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Familja.
Il-Kummissjoni hija komposta miċ-Chairperson Ms. Maria Dolores Camilleri, id-Deputat Chairperson Prof. Angela Abela, tmien membri li huma Dr. Jurgen Abela, Ms. Sonia Camilleri, Ms. Tessie Cassar, Mr. Albert Gauci Cunningham, Ms. Doris Mifsud, Ms. Clarissa Sammut Scerri, Ms. Grace Shoultz u Prof. Victor Sultana u mis-Segretarju Mr. Ray Arpa.
L-għan ta’ din il-Kummissjoni konsultattiva huwa li tħares l-interess tal-familji Maltin u Għawdxin billi tirrakkomanda policies lill-Gvern dwar il-familji.
Il-Gvern se jkun qed jisma’ u jikkonsulta mal-istakeholders kollha involuti biex b’hekk ikun jaf is-sitwazzjoni attwali tal-familji u d-direzzjoni li għandu jieħu.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en