Left arrow Go Back

REBĦA KBIRA GĦAS-SAJJIED MALTI U GĦAS-SOSTENIBBILTÀ TAS-SAJD FIL-MEDITERRAN

pr0978
Date Icon 15/05/2013

Il-Gvern Malti kiseb riżultat importanti ħafna għas-sajjied Malti u għas-sostenibbiltà tas-sajd fil-Mediterran meta ddaħħal artiklu fit-test finali tar-riforma Politika Komuni tas-Sajd maqbul waqt il-Kunsill tal-Agrikoltura u Sajd fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa 15 ta’ Mejju.

Wara insistenza kbira min-naħa ta’ Malta permezz tas-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes, iddaħħal fit-test artiklu li għandu jwassal biex fis-snin li ġejjin itemm snin twal ta’ inċertezza u diskriminazzjoni kontra s-sajjied Malti.  F’dan ir-rigward it-test il-ġdid jistipula b'mod ċar li sajjieda tal-Unjoni Ewropeja ma jistgħux jiġu diskriminati f'kuntest ta’ nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-istess miżuri minn pajjiżi terzi.

Ir-realtà geo-politika tal-Mediterran titlob li kwalunkwe sforz ta’ konservazzjoni jsir mill-pajjiżi kollha involuti - anke dawk li mhumiex Membri tal-Unjoni Ewropeja.  Din ir-realtà issa tinsab inkluża b'mod ċar fit-test tal-Kunsill.  B’hekk ser ikun possibbli li tinkiseb sostenibbiltà għola peress li ser ikun hemm sforzi konkreti għall-miżuri ta’ mmaniġjar konġunti.

Malta tħares ‘il quddiem lejn Mediterran iktar sostenibbli bi stokkijiet ta’ ħut b'saħħithom li jiggarantixxu qliegħ ekonomiku attraenti għas-settur tas-sajd. 

L-Onorevoli Roderick Galdes esprima s-sodisfazzjon li l-Kunsill irrikonoxxa r-rwol fundamentali tal-pajjiżi terzi u l-bżonn li fil-Mediterran jinġibed ħabel wieħed ma’ sħabna l-ġirien li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea.

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes iddeskriva din il-kisba bħala rebħa kbira għas-sajjied Malti u għas-sostenibbiltà tas-sajd fil-Mediterran.

Wara il-qbil tal-Kunsill issa jmiss li l-Parlament Ewropew li japprova dan it-test.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow