Left arrow Go Back

IL-PRIĠUNIERI JAGĦTU TABLET LILL-TIFEL MARID BIL-KANĊER

pr0967
Date Icon 12/05/2013

Priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin ippreżentaw tablet lil Damien Ebejer, tifel li bħalissa qed jiġġieled kontra l-marda tal-kanċer. It-tablet inxtara permezz ta’ donazzjoni ta’ mhux aktar minn euro minn kull priġunier. Ikkontribwixxew għal din id-donazzjoni, tlett mija u tmenin priġunier kif ukoll uffiċjali li jahdmu l-habs.

Id-donazzjoni saret illum wara quddiesa fil-kappella tal-Faċilita’ Korretiva Ta’ Kordin  li saret fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm.

Waqt din l-attivita’ ngħatat ukoll somma ta’elfejn euro li nġabret mill-istaff tal-ħabs u ngħatat lill- NGO Rice li mistennija titnieda fil-jiem li ġejjin u li għandha l-għan li tirrijabilità lill-prigunieri.

Għal din l-attività attenda l-Ministru tal-Intern u s-Sigurta’ Emmanuel Mallia li qal li l-ligi ma tagħtihx il-poter biex joħroġ lill-priġuniera mill-ħabs iżda tagħtih l-obbligu biex jassigura li kull priġunier jgħix ħajja dinjituza. Il-Ministru  Mallia spjega li peress li għandu warajh snin ta’ eseprjenza fil-qasam professjonali viċin nies li kienu affaċjati b’reati kriminali, jista’ jifhem perfettament is-sofferenza li jkunu għaddejja minnha l-priġunieri u qraba tagħhom. Għalhekk issa li għandu din l-opporutnità li jsarraf din l-esperjenza, qabbad kummisjoni  sabiex tara kif jista’ ikun hemm unit professjonali li jkollha investiment mill-aqwa  bl-għan li tkun iffukata fuq it-taħrig u l-edukazzjoni tal-priġuniera.

Il-Ministeru Mallia rringrazzja lill-priguniera f’isem is-soċjetà għall-ġest nobbli li ġej mill-ftit li setgħu jagħtu l-priġunieri, iżda ġej mill-qalb. Il-Ministru f’isem il-Ministeru tal-Intern ippreżenta ukoll donazzjoni lil Damien. Waqt l-attività, il-priġunieri irringrazzjaw lill-Aġent Direttur Manuel Camilleri, lil Father Franco Fenech li ċċelebra l-quddiesa u ser imexxi lill-NGO RICE, kif ukoll lil Sister Adela li ilha taħdem il-ħabs għal dawn l-aħħar tnejn u għoxrin sena.

Wara l-attività raprezentati tal-Ministeru tal-Intern u s-Sigurta’ żaru c-ċellel tal-ħabs.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow