DISKORS MILL-ONOR CHRIS CARDONA, MINISTRU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U INTRAPRIŻI ŻGĦAR, WAQT IT-TNEDIJA TA’ PROĠETTI ĠODDA U R-REBRANDING TAL-ĦERBA GROUP – SAN ĠWANN – IL-ĦAMIS 9 TA’ MEJJU 2013
Sinjuri,
Huwa ta’ pjaċir għalija li nkun preżenti għal dan l-avveniment importanti fl-istorja tal-Ħerba Group jew aħjar kif se jibdew jissejħu issa t-TH Group.
Filfatt fl-okkażjoni tal-lum qed tkun imnedija l-immaġini l-ġdida tal-kumpanija.
Fl-istess ħin se jkun imħabbar it-tielet Business Center tal-kumpanija f’Birkirkara, proġett ta’ 14-il miljum Ewro.
L-istorja tat-TH Group hija waħda umli u ta’ suċċess.
Is-Sur Toni Spiteri waqqaf il-kumpanija flimkien ma’ martu Rita fl-1992.
Fost l-ewwel proġetti importanti tal-grupp kien kien hemm il-bini ta’ lukandi bħal Hyperion Hotel, Imgarr Hotel u parti mill-proġett ta’ Busietta Gardens.
Minn dak iż-żmien ’l hawn, TH Group kiseb parti maġġuri fl-industrija lokali tal-kostruzzjoni u llum jimpjega 20 persuna b’ħiliet speċjalizzati, 30 professjonist u 60 subcontractors oħra.
Huwa ta’ sodisfazzjon għalija u għal gvern li nifforma parti minnu li nara din il-kumpanija tippjana li tkabbar in-numru ta’ impjegati bit-300% fit-12-il xahar li ġejjin u l-tirdoppja s-subcontractors tagħha.
It-TH Group tista’ tkun deskritta biss bħala storja ta’ suċċess.
Fl-aħħar erba’ snin, fi zmien ta’ sfidi ekonomiċi kbar fejn kien hemm ukoll tnaqqis fil-valur tal-proprjetà l-valur tal-assi ta’ TH Group kiber b’100%.
Il-proprjetà li huwa nvolut fih t-TH Group tinkludi lukandi, binjiet residenzjali u kummerċjali u business centres, fosthom il-business centres fis-Swatar u San Ġwann, il-Head Office tal-APS Bank, Il-GS Superstores u l-kumpless Daniel’s.
Mill-2009 ’l hawn, TH Group ħoloq 40,000 metru kwadru ta’ spazju għall-uffiċini magħrufa bħala klassi A li jakkomodaw negozji kbar u kumpaniji blue chip.
Dan kollu li qed naraw u nitkellmu dwaru llejla, jimxi b’mod parallel mal-mira tal-Gvern li niksbu tkabbir ekonomiku li jilħaq lil kulħadd.
Dan il-Gvern huwa kommess li jattwa miżuri li jistimulaw l-ekonomija, li jerġgħu jqajmu n-negozju, li jinċentivaw il-ħolqien tal-impjiegi u li jgħinu fit-tkattir ta’ klima li tagħti serħan il-moħħ u tattira l-investiment.
Dan huwa Gvern li jemmen fis-settur tal-proprjetà.
Dan urejnieh fl-attenzjoni li tgħajna lis-settur fil-manifest elettorali u se nippruvawh bit-twettieq ta’ numru ta’ inizjattivi fosthom bit-titjieb fl-iskema tal-Permanent Residence Scheme.
Qabel nikkonkludi rrid infaħħar ukoll l-inizjattivi li qed tieħdu biex tibnu b’mod sostenibbli u b’rispett lejn l-ambjent, kif ukoll l-involviment tal-Grupp fit-tisbieħ ta’ spazji ħodor fil-pajjiż.
Jien ninsab konvint li t-TH Group fi zmien li ġej se jkompli jikseb suċċess u jkun protagonist ewlieni fis-settur tal-kostruzzjoni f’pajjiżna.
Prosit mill-ġdid u grazzi ħafna tal-istedina.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en