IS-SERVIZZ TAL-HYPERBARIC UNIT FL-ISPTAR ĠENERALI T’GĦAWDEX
Is-Servizz tal-Hyperbaric Unit fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex reġa beda jiffunżjona normali wara li għal dawn l-aħħar xhur ma kienx qed jingħata trattament għall-pazjenti Għawdxin li kellhom bżonn kura f’dan il-Unit, minħabba li t-tabib li kien jaħdem fuq bażi part-time f’dan il-Unit jinsab fuq sick leave fit-tul.
Il-pazjenti Għawdxin kienu qed jintbagħtu fl-Isptar Mater Dei għal din il-kura, minkejja li f’Għawdex teżisti l-faċilita’ ta’ dan it-tip ta’ trattament. F’dawn l-aħħar ħames xhur, il-Unit kien jintuża biss għal każijiet ta’ emergenza ta’ għaddasa li kienu qed ibatu minn kundizzjonijiet ikkawżati mill-għadis biċ-ċilindri. Dawn l-għaddasa jkun jinħtieġ li jitpoġġew taħt pressjoni ta’ arja mill-ġdid biex jitneħħulhom il-bżieżaq tal-arja mill-arterji tagħhom li jistgħu jimblokkaw iċ-ċirkolazzjoni tad-demm u għalhekk jagħmlu ħsara permanenti lill-ġisem.
Issa l-Unit tista’ tagħti mill-ġdid, kura lill-pazjenti Għawdxin li għandhom feriti kkawżati minn problemi taċ-ċirkolazzjoni, infezzjonijiet jew kumplikazzjonijiet tad-dijabete, kif ukoll toffri servizz ta’ emergenza f’każijiet ta’ għaddasa biċ-ċilindri, minħabba li issa l-Unit għandha l-istaff kollu meħtieġ, inkluż is-servizz ta’ tabib tal-post ġdid, għal dan is-servizz hekk importanti għall-gżira t’Għawdex.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en