AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178 tal-2002 id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza Saħħa Pubblika, b’kollaborazzjoni mal-Awtorita ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li l-prodott hawn taħt imsemmi m’għandux jiġi kkonsmat peress li instab li fih livell ogħla ta’ pestiċida minn dak permess fil-liġi.
Deskrizzjoni tal-Prodott: | Manzo Omogenizzato |
Ditta: | Holle |
Oriġini: | Slovakkja |
Użin | 80 g |
Deskrizzjoni tal-maħfen | Vażett tal-ħġieġ |
Data l-‘aħjar qabel’ | 12.07.2014 |
Numru tal-lott | C |

Il-Kumpanija involuta ġiet obbligata tirtira din il-konsenja mis-suq, iżda peress li rrapurtat li l-konsenja ma nġabritx kollha, bħalma jsir f’dawn il-każijiet, id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-konsumaturi.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Cutrico Buildings, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook http://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626 jew is-sit uffiċjali fuq https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/public_health/environmental-health/department_for_env_health.aspx għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en