AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002 u wara informazzjoni li rċieva mis-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF), id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li l-prodott hawn taħt imsemmi mhuwiex ittikkettjat skond il-liġi għax m’għandhux iddikkjarat ingredjent li jikkontjeni l-ħalib.
Deskrizzjoni tal-Prodott: | Wasabi Plum Shot |
Ditta: | Blue Dragon |
Użin: | 140 g |
Deskrizzjoni tal-maħfen | Pakkett |
Data ta’ Durabilità Minima: Numru tal-lott: | Id-dati kollha Il-lottijiet kollha |

Il-Kumpanija involuta ġiet obbligata tirtira dan il-prodott mis-suq, iżda peress li rrapurtat li l-konsenja ma nġabritx kollha, bħal ma jsir f’dawn il-każijiet, id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-konsumaturi.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Cutrico Buildings, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook http://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626 jew is-sit uffiċjali fuq https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/public_health/environmental-health/department_for_env_health.aspx għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en