IL PRESIDENT TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI JIPPARTEĊIPA F’LAQGĦA FI BRUSSELL DWAR IL-PJANIJIET GĦAL UNJONI MONETARJA EWROPEA
Il-President tal-Kumitat għall Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, l Onor. Silvio Schembri, ipparteċipa f’konferenza organizzata mill-Kummissjoni Ewropea ġewwa Brussell fis-7 ta’ Mejju 2013. Din il-konferenza ttrattat il-futur ekonomiku, finanzjarju u politiku tal-Unjoni Monetarja Ewropea, suġġett importanti ħafna għal Malta fid-dawl ta’ regoli ġodda li qegħdin jiġu diskussi u li jaffettwaw b’mod dirett lil Malta speċjalment fil-qasam bankarju.
Fl-intervent tiegħu l Onor. Schembri saħaq fuq l-importanza li l-Kummissjoni ma tħarisx biss lejn l-interess tal-pajjiżi l-kbar u li l-interess ta’ pajjiżi oħra, fosthom Malta, għandhom jiġi salvagwardjati f’kull ħin. L Onor. Schembri enfasizza wkoll il-punt li r-regoli l-ġodda proposti għal Unjoni Bankarja għandhom jinbnew anke fil-kuntest tar-realtà Maltija, għaliex jekk ma jsirx hekk l-impatt tagħha fuq Malta jista’ jkun kbir. Huwa għalhekk ippropona li dawn ir-regoli ġodda jiġu diskussi fid-dettall u bir-reqqa ma’ kull Stat Membru.
Fost il parteċipanti f’din il Konferenza kien hemm il-President tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Barroso, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Olli Rehn u l-Ministru tal-Finanzi Portugiż Vitor Gaspar.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en