STQARRIJA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI RESPONSABBLI MILL-KUNSILLI LOKALI
Wara laqgħa li saret illum l-Erbgħa 8 ta’ Mejju fl-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali l-Onor Jose Herrera u li għaliha kien preżenti is-Sindku tas-Sliema is-sur Anthony Chircop li kien akkumpanjat mill-Viċi Sindku Dr, Kris Busietta, kienet diskussa is-sospensjoni tar-“RESIDENTIAL Parking Scheme” ġewwa tas-Sliema.
Il-laqgħa kienet waħda kordjali u ż-żewġ naħat se jibqgħu iżommu kuntatt sabiex tinstab l-aħjar soluzzjoni.
L-Onor. Herrera qal li huwa konxju mill-fatt li jista’ jkun hemm Kunsilli Lokali li qegħdin fil-proċess li jintroduċu sistema simili u għalhekk qiegħed jinforma lill-Kunsilli Lokali kollha li sakemm tingħata direzzjoni ġdida, għandu jieqaf kull proċess li permezz tiegħu tista’ tkun introdotta is-sistema ta’ “Residential Parking”.
Is-Segretarju Parlamentari qal li huwa jixtieq jirringrazzja bil-quddiem lill-Kunsilli Lokali għall-koperazzjoni tagħhom, weigħed li se jkun qiegħed jagħti direzzjoni fil-jiem li ġejjin.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en