Left arrow Go Back

NOTTE GOZITANA F’ GĦAWDEX FI TMIEM DIN IL-ĠIMGĦA

pr0932
Date Icon 08/05/2013

F’Għawdex għaddejjin l-aħħar preparamenti biex fi tmiem din il-ġimgħa tittella’ edizzjoni oħra ta’ Lejlet Lapsi – Notte Gozitana - mill-Ministeru għal Għawdex.  Dan l-avveniment, li ser isir bejn l-10 u t-12 ta’ Mejju, huwa mmirat biex joħloq okkażjoni ta’ attrazzjoni ta’ turiżmu intern u biex jiġi mkabbar l-aspett kulturali ta’ din il-Gżira.

Għal dan il-għan, il-programm li ġie ppreparat huwa wieħed li jolqot il-gosti ta’ kull kategorija u ser jimla l-iljieli ta’ tmiem il-ġimgħa b’kulur u spettaklu.

Il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju, l-attrazzjoni prinċipali ser tkun ir-re-enectment tal-istorja ta’ Għawdex bl-isem “Lejn il-Milja taż-żmien” - din l-attività ser tinvolvi diversi gruppi ta’ drama Għawdxin.

Is-Sibt imbagħad l-attrazzjoni prinċipali hija l-ispettaklu “Ġensna in Concert”, bil-parteċipazzjoni ta’ Orkestra Live, kantanti solisti, kor u żfin. Dan il-kunċert, li d-dħul għalih huwa b’xejn,  ser jittella’ fi Pjazza Indipendenza.

Il-Ħadd imbagħad dawn l-attivitajiet jiġu fi tmiemhom b’kunċert minn National Youth Orchestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joseph Vella, fil-bażilika ta’ San Ġorġ.

Barra minn dawn l-attivitajiet prinċipali hemm diversi attivitajiet oħra kif ukoll wirjiet ta’ artisti magħrufa fosthom ta’ H.M. Bateman fil-Ministeru għal Għawdex, xogħlijiet ta’ Giuseppe Briffa fil-Banca Giuratale u oħra ta’ diversi artisti kontemporanji koordinata minn Austin Camilleri, fis-sala tas-Sentinella, fiċ-Ċittadella.

Chillout areas għaż-żgħażagħ ma jonqsux u l-attrazzjoni speċjali hija l-Kunċert nhar il-Ġimgħa tal-grupp Airport Impressions li ser jittella’ fi Pjazza San Franġisk.

Matul dawn il-ġranet il-Gozo Channel qed toffri s-servizz b’xejn il-Ġimgħa 10 u s-Sibt 11 ta’ Mejju mal-vapuri bejn id-8.45pm u s-1.15am. It-trasport pubbliku wkoll ser iżid fil-frekwenza tiegħu sabiex jagħmel aktar faċli li wieħed jasal Victoria u lura fl-iktar ħin komdu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow