IL-MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, L-ONOR. GODFREY FARRUGIA JAGĦLAQ IS-SEMINAR “CRANE ERECTION AND EXAMINATION”
Ħbieb, insellmilkom,
Il-krejn illum sar għodda importanti ħafna fl-industrija, speċjalment dik tal-kostruzzjoni. Il-krejnijiet huma ddisinjati, mibnija u ttestjati biex joperaw mingħajr periklu. Meta jintużaw kif suppost, jaqdu l-funzjoni tagħhom li jerfgħu u jniżżlu tagħbijiet tqal u jservu ta’ għajnuna għall-ħaddiema fuq xogħolhom.
Ladarba l-krejnijiet għandhom il-potenzjal li jerfgħu oġġetti kbar u tqal, għandhom ukoll il-potenzjal li jistgħu joħolqu inċidenti serji. Iżda dawn l-inċidenti jistgħu jiġu evitati b’ippjanar u użu tajjeb.
Min jarma u min jeżamina l-krejnijiet għandu jkun imħarreġ sew u kompetenti f’dan ix-xogħol. Dan għaliex il-ħidma sigura tal-krejn tiddependi fuqhom. Jekk krejn ma jkunx armat, eżaminat u ċċertifikat li hu sigur biex jintuża, dan m’għandux jitħaddem.
L-armar ta’ krejn jaffetwa l-istabilità u l-operazzjoni tiegħu. L-eżami tal-krejn għandu jikkonferma li l-krejn hu armat kif suppost u li jista’ jintuża mingħajr periklu.
Jeżistu regolamenti li ilhom fis-seħħ mill-1953 dwar eżamijiet u ċertifiikazzjoni ta’ krejnijiet li jintużaw biex iħottu u jgħabbu l-vapuri.
Regolamenti oħra dwar krejnijiet ilhom mill-1986. Għalkemm ir-regolamenti jeħtieġu li dawn l-eżamijiet isiru, ma jispeċifikawx il-kompetenza ta’ min jagħmilhom. Għalhekk l-Awtorità bdiet dan il-process biex ikun hawn konformità u regolarizzazzjoni f’dan il-qasam.
Nafu wkoll, li għaddejjin diskussjonijiet fuq livell Ewropew fuq twaqqif ta’ standard li jistabbilixxi l-kompetenzi minimi ta’ persuni li jeżaminaw il-krejnijiet.
L-Awtorità għas-Saħħu u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għandha l-obbligu li timplimenta r-regolamenti. L-Awtorità ma tridx tkun biss “watchdog” li tikkastiga lil min ma jimxix mar-regolamenti, iżda trid taħdem ma’ dawk kollha nvoluti biex tkabbar l-għarfien fuq dan is-suġġett hekk importanti fl-industria Maltija. B’din il-kollaborazzjoni jitnaqqsu r-riskji u jkun hawn anqas inċidenti.
L-Awtorità kienet ilha tħoss il-ħtieġa li torganizza seminar ta’ dan it-tip. Nispera li dan ikun biss il-bidu ta’ koperazzjoni magħkom ilkoll. L-Awtorità u l-uffiċjali tagħha qegħdin hemm biex jaħdmu magħkom u jgħinukom. Għalhekk fejn ikollkom diffikulta dwar il-ħtiġijiet tal-liġi staqsu u jien ċert li l-uffiċjali jagħmlu l-għalmu tagħhom biex jgħinukom u jiggwidawkom.
Nixtieq nirringrazzja lill-kelliem ewlieni tal-lum l-inġinier Joachim Schulze li ġentilment offra li jiġi Malta u jagħtina dawn il-preżentazzjonijiet.
Mr. Schulze, on behalf of the Ministry, I thank you for coming to Malta to share your experience and expertise. It has been a pleasure. I hope that we will strengthen further this collaboration.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en