STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
Konferma li l-Oppożizzjoni Laburista għadha xettika dwar SmartCity Malta
Id-Deputat Kap tal-Partit Laburista, Anglu Farrugia għandu kopja tal-kuntratt iffirmat
bejn il-Gvern u Tecom Investments tad-Dubai biex titwaqqaf Smart City u d-Deputat Kap
tal-Partit Laburista flimkien mad-Deputati kollha tal-Partit laburista ivvota favur dak il-kuntratt.
Billi d-Deputat Kap tal-Partit Laburista hu wkoll avukat ma jistax igib l-iskuża li ma jifhmix
il-kuntratt min fejn jaf li l-ftheim jipprovdi illi l-5600 impieg fi Smart City għandhom jiġu
provduti bejn wieħed u ieħor seba’ jew tmien snin oħa. Hu għal dan li l-Onor. Anglu
Farrugia u sħabu kollha fil-Parlament kienu vvotaw għalih, u għalhekk issa qed
jikkontradixxi ruħ meta jgħd kien biss "propaganda elettorali".
L-Onor. Farrugia jaf ukoll, għax għandu kopja tal-kuntratt meta tqiegħed fuq il-mejda tal-
Kamra, li skont l-istess kuntratt:
1. l-izviluppaturi huma bejn wieħed u ieħor sena ‘l quddiem fuq il-pjan tal-bini li kien
obbligati li jagħmlu; u
2. l-obbligu li jipprovdu impiegu b'mod skalat sena wara oħa sejjer jibda bejn
wiehed u iehor lejn l-aħħr tal-2012.
Dan kollu mhux biss kien jafu l-Onor. Farrugia meta tkellem fil-Parlament imma anki kien
ivvota favorih.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en