Left arrow Go Back

STQARRIJA KONĠUNTA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL U L-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

pr0918
Date Icon 07/05/2013

Il-Ministeru għal Għawdex ġie pprovdut bil-fondi kollha għas-sussidji tal-istudenti nhar il-Ħamis li għadda (2 ta’ Mejju) u seta’ jibda jaħdem fuq il-pagamenti sa mill-Ġimgħa filgħodu.  L-uffiċjal tad-Dipartiment ikkonċernat kompla jipproċessa l-pagamenti nhar is-Sibt u nhar it-Tnejn.  Minħabba xi teknikalitajiet fit-Teżor li ma setgħux jiġu posposti, illum ma setax jitkompla l-ipproċessar tal-pagamenti.  B’danakollu, il-pagamenti sejrin ikomplu jiġu pproċessati għada.  Huwa mistenni li ċ-ċekkijiet kollha jiġu stampati sa nhar il-Ħamis 9 ta’ Mejju u impustati nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju jew l-iktar sa nhar it-Tnejn, 13 ta’ Mejju.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jixtieq iżid li fl-iskema tal-ischolarships ‘Master It’ m’hu se jonqos l-ebda sussidju jew allowance lill-applikanti Għawdxin. Ir-rappurtaġġ tal-lum fil-mezzi tax-xandir li xi sussidju jew allowance ta’ din l-iskema għal studenti Ghawdxin se titnaqqas huwa skorett. Is-sussidji u allowances kollha tal-livell ta’ Masters se jibqgħu l-istess filwaqt li l-fond għal din l-iskema se tiżdied b’minimu ta’ Eur 700,000.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow