Left arrow Go Back

IMNEDIJA L-1 EDIZZJONI TA’ ROCKASTRA, KUNĊERT MILL-BANDA LA STELLA F’KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET KONĠUNTA MILL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU, IL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KULTURA U GVERN LOKALI

pr0916
Date Icon 07/05/2013

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella ħabbret l-ewwel edizzjoni ta’  RockAstra, spettaklu mużikali li se jittella’ mill-Banda La Stella flimkien ma’ numru ta’ mużiċisti lokali fi Pjazza Indipendenza, ir-Rabat Għawdex, nhar is-Sibt 8 ta’ Ġunju. Il-kunċert se jkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Sigmund Mifsud, personalità importanti fix-xena artistika u mużikali fejn stabbilixxa isem fl-oqsma ta’ kunċerti kbar.  Is-Surmast Mifsud ġie riċentament maħtur bħala guest conductor tal-Banda La Stella.

F’konferenza tal-aħbarijiet fil-Berġa tal-Italja fil-Belt Valletta, il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella ddeskriva din l-attività bħala okkażjoni oħra fejn tkompli tinxtered il-kultura mużikali mhux biss f’Malta imma wkoll f’Għawdex. Saħaq li avvenimenti bħal dawn hemm bżonnhom biex jgħinu lit-turiżmu intern bejn iż-żewġ gżejjer, fl-istess ħin li heġġeġ aktar soċjetajiet biex jorganizzaw attivitajiet simili li anke jservu ta’ attrazzjoni turistika.

Karmenu Vella qal li wasal iż-żmien li pajjiżna jkollu kalendarju fiss t’attivitajiet kulturali li jkunu jistgħu jiġu reklamati minn qabel u li jkomplu jgħinu biex jinġiebu aktar turisti anke fix-xhur tax-xitwa.

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo qal li  hu konxju mill-potenzjal tas- Soċjetà Filarmonika La Stella u  rrikonoxxa l-kontribut kbir u importanti li s- Soċjetà qed tagħti lix-xena muzikali u artistika lokali, li għandu jagħmel lill-Għawdex kburi. Tenna li l-Ministeru għal Għawdex ser ikompli joffri kull appoġġ sabiex proġetti bhal dawn jitwettqu, għaliex minbarra li dawn jagħmlu lil Għawdex attrazzjoni aktar sabiħa u interessanti ghat-turizmu intern u dak barrani, iservu ukoll ta’ xprun għall-ekonomija lokali.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali  l-Onor. Jose’ Herrera faħħar din l-inizzjattiva tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u żied li dan l- avveniment se jkun ta’ attrazzjoni oħra sinifikanti fil-kalendarju kulturali lokali b’ġeneru ġdid ta’ mużika.

Id-direttur mużikali s-Surmast Sigmund Mifsud spjega li hu qed iħares b’ottimiżmu u entużjażmu kbir għal dan l-avveniment f’Għawdex. “Il-kunċert se jkollu fost l-aħjar elementi lokali” qal is-Surmast Mifsud  u żied li l-organizzaturi qed jagħmlu minn kollox biex dan l-avveniment ikun suċċess fil-kalendarju artistiku lokali.

Minbarra l-Banda La Stella li se tkun qiegħda ddoqq il-biċċiet mużikali, se jkun hemm sezzjoni ritmika bis-sehem tad-drum kits u electric guitars sinonimi mal-mużika ‘rock’.  Il-kunċert se jkun fih siltiet mir-repertorju ta’ The Beatles, Queen, Lucio Dalla u Zucchero, kif ukoll artisti lokali bħal Chris Grech, Petra Zammit, Morena u Pawlu Borg Bonaci.

Id-dħul għal dan il-kunċert huwa b’xejn. Aktar informazzjoni tista tinkiseb fuq www.lastella.com.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow