Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU JINDIRIZZA L-EWWEL LAQGĦA TAL-BORD TAD-DIRETTURI TAL-ISTITUT GĦALL-ISTUDJI TURISTIĊI (ITS)

pr0903
Date Icon 06/05/2013

Illum saret l-ewwel laqgħa tal-Bord tad-Diretturi l-ġdid tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi mmexxi miċ-Chairman Dr. Ernest Azzopardi u li għaliha kien preżenti l-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella.

Il-Ministru Vella tkellem fuq l-importanza tas-settur tat-turiżmu u ddeskriva l-Istitut għall-Istudji Turistiċi bħala wieħed mill-ħoloq importanti fil-katina tat-turiżmu.

Semma’ kif l-istitut mhuwiex biss wieħed ta’ edukazzjoni imma jrid iħares ukoll l-interessi u l-bżonnijiet tal-industrija fejn anke tingħata attenzjoni partikolari lejn il-formazzjoni tal-istudenti u l-kunċett ta’ ospitalità.

Il-Ministru għat-Turiżmu sostna li t-turiżmu sar wieħed kompetittiv ħafna u għaldaqstant ħeġġeġ lill-membri tal-Bord biex id-diskussjonijiet tagħhom ikunu ffukati wkoll fl-ambitu ta’ xenarju fejn Malta għandha kompetizzjoni kbira minn prodotti ta’ kompetituri barranin.

Il-Ministru Karmenu Vella tkellem ukoll fuq il-bżonn li jkun hemm aktar sinerġija bejn l-ITS u entitajiet oħra fis-settur turistiku kif ukoll mal-istudenti nfushom.

Filwaqt li rringrazzja lill-membri kollha tal-Bord preċedenti għas-sehem tagħhom, awgura kull suċċess lill-membri l-ġodda.  Il-laqgħa kompliet fejn saret preżentazzjoni mid-Diretturi Eżekuttivi tal-ITS dwar l-operat u l-korsijiet offruti fil-preżent.

Aktar tard il-Bord ġie mdawwar mal-kumpless tal-ITS fejn iltaqa’ wkoll mal-istaff, akkademiċi u studenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow