Left arrow Go Back

HUWA PERMEZZ TA' AKTAR GĦARFIEN LIĊ-ĊITTADINI TAGĦNA JKUNU JISTGĦU JIBBENEFIKAW B'MOD SĦIĦ, KEMM MID-DRITTIJIET, KIF UKOLL MILL-OPPORTUNITAJIET TAS-SĦUBIJA

pr0897
Date Icon 04/05/2013

Iċ-Ċittadinanza tagħti numru ta’ drittijiet tanġibli, kif ukoll obbligi, liċ-ċittadini tal-Istati Membri, mingħajr ma tissostitwixxi ċ-ċittadinanza nazzjonali.  Dan qalitu l-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Dr Helena Dalli meta kienet qed tiftaħ djalogu pubbliku bit-tema ‘Ċittadini Maltin: Ċittadini Ewropej’ fl-okkażżjoni tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, Jum l-Ewropa, u d-9 anniversarju mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru Dalli qalet lid-drittijiet assoċjati mal-kunċett ta’ ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea “għandhom impatt fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini tagħna: fuq iż-żgħażagħ, fuq l-istudenti f’livelli differenti, fuq dawk li qed ifittxu x-xogħol, fuq il-pensjonanti, fuq il-pazjenti, fuq il-passiġġieri waqt li jkunu qed jivjaġġaw, fuq il-konsumaturi, u fuq l-intraprendituri, fost l-oħrajn”.

Dr Dalli qalet li m’huwiex biss importanti liċ-ċittadini jkollhom id-drittijiet, iżda li jrid ikollhom għarfien biżżejjed ta’ dawn id-drittijiet, kif ukoll tal-obbligi li dawn iġibu magħhom.  

Fir-‘Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-2010’, il-Kummisjoni Ewropea elenkat għadd ta’ ostakli fl-eżerċizzju tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea.  Wieħed minn dawn l-ostakli huwa propju n-nuqqas ta’ għarfien. 

Dr Dalli qalet li “n-nuqqas ta’ għarfien li qed naċċenna għalih m’huwiex biss nuqqas ta’ għarfien dwar id-drittijiet taċ-ċittadini, iżda wkoll dwar l-opportunitajiet li ġabet magħha s-sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, bħal diversi programmi ta’ fondi u skambji ta’ żgħażagħ, fost inizjattivi oħra.  Huwa permezz ta’ aktar għarfien li ċ-ċittadini tagħna jkunu jistgħu jibbenefikaw b’mod sħiħ, kemm mid-drittijiet, kif ukoll mill-opportunitajiet tas-sħubija.  Fost dawn insemmi d-dritt tal-mobilita` tal-ħaddiema u d-dritt tar-residenza, il-mobilita` tal-istudenti, l-opportunitajiet ta’ volontarjat, il-programmi ta’ skambji edukattivi, u diversi programmi ta’ fondi Ewropej”.

Bħala l-Ministru responsabbli mill-MEUSAC (Malta-EU Steering and Action Committee), Dr Dalli qalet li dan l-organu għandu sehem importanti ħafna fid-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar l-opportunitajiet li għandhom iċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea.  Hi qalet li materji li jikkonċernaw liċ-ċittadini b’mod dirett għandhom jitpoġġew fuq quddiem tal-aġenda tal-MEUSAC.

Il-Ministru Dalli qalet lid-diskussjoni dwar l-għarfien u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini Ewropej m’għandhiex issir biss fl-okkażżjoni tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, iżda għandu jkun proċess kontinwu.

Id-djalogu pubbliku kien indirizzat mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej Louis Grech u mis-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza Ewropea Dr Ian Borg.  Fid-diskussjoni ħadu sehem il-Kap tal-MEUSAC Dr Vanni Xuereb, il-Membri Parlamentari Ewropej Joseph Cuschieri u Dr Roberta Metsola Tedesco Triccas, u s-Senior Lecturer fl-Istitut tal-Istudji Ewropej tal-Universita` ta’ Malta Dr Mark Harwood.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow