ID-DEPUTAT PRIM MINISTRU LOUIS GRECH JIPPROPONI OQSMA TA' PRIJORITA' GHALL-PRESIDENZA 2017
Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech sostna li fost l-prijoritajiet li wieħed għandu jikkunsidra għall-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-2017 hemm l-importanza liċ-ċittadini, l-ġlieda kontra l-faqar, r-rikupru ekonomiku, l-immigrazzjoni irregolari u l-Mediterran.
Huwa qal dan fid-diskors tiegħu illi għalaq id-djalogu pubbliku orgnizzat mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru , l-Ministeru ta’ Konsultazzjoni Pubblika u l-MUESAC fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa u li kien intitolat “Ċittadini Maltin, Ċittadini Ewropej” .
Fl-istess diskors tħabbar wkoll li fi ftit gimgħat oħra ser jitniedhu tibdiliet fid-Dipartiment tal-Kuntratti u fil-MEPA bil-għan li titneħħa ċertu burokrazija żejda li qed ixxekkel l-proċess ta’ assorbiment ta’ Fondi Ewropej.
Fid-diskors tiegħu , li kien iffukat fuq il-bżonn liċ-ċittadini jerġgħu jitpoġġew fiċ-ċentru tal-Unjoni Ewropea, d-Deputat Prim Ministru qal li l-Presidenza Maltija fl-2017 trid tkun eżempju ta’ dan u trid tkun waħda li tħalli effett tanġibbli.
“Il-Presidenza tagħna trid tagħmel sens, għandna l-opportunita’ li inpoġġu liċ-ċittadini fiċ-ċentru għaliex bħala pajjiż żgħir nistgħu nitkellmu dwar dan bi kreddibilita’, u dak li ser nkunu qiegħdin nagħmlu” sostna is-Sur Grech .
Huwa spjega kif fl-esperjenza tiegħu fil-ħidma Ewropea ħareġ kif iċ-ċittadini ma jafux x’inhuma d-drittijiet tagħhom u jħossu li l-Unjoni Ewropea ma tifimhomx, u li qiegħda hemm biss għall-kumpaniji l-kbar.
Qal lir-relazzjoni taċ-ċittadin Ewropej mal-Unjoni Ewropa fil-kuntest tal-kriżi ekonomika hżien u id-dgħajjef għax l-perċezzjoni taċ-ċittadini dwar l-Ewropa ħadet daqqa l-isfel.
Spjega kif dan hu mument vulnerabbli għall-Unjoni Ewropea, fejn l-aktar affarijiet tanġibbli li jikkostittwixxu l-Unjoni, jiġifieri s-Suq Intern u l-Eurozone, t-tnejn qegħdin f’periklu. “Jekk l-Unjoni Ewropea ma tillebarax ruħha minn din il-problema finanzjarja ma nistgħux nimirħu għall-areas oħra fl-iżvilupp ta’ dan l-blokk” saħaq d-Deputat Prim Ministru.
Qal li jekk iċ-ċittadini jkunu fuq in-naħa tal-istituzzjonijiet Ewropej hemm ċans ikbar li l-isfidi jnitrebħu. “Hija l-Unjoni li trid tbiddel l-mod kif tagħmel l-affarijiet u ddur madwar ċ-ċittadin, kull darba li taħseb direttiva ġdida trid taħseb fuq iċ-ċittadin u kif dan ser jintlaqat”, sostna Louis Grech.
Fakkar kif dan il-Gvern ikkommetta ruħu li jkun qrib in-nies u jneħħi l-burokrazija. Kien hawn li ħabbar li l-Gvern fil-ġimgħat li ġejjin ser jagħmel tibdiliet fid-Dipartiment tal-Kuntratti u l-MEPA biex l-proċess tal-assorbiment tal-Fondi jitħaffef u l-benefiċċji jinħassu kemm jista jkun malajr.
Temm jgħid li hu konvint li kull stakeholder u rappreżentant tal-istituzzjonijiet Ewropej f’Malta għandu l-intenzjoni li jagħti valur miżjud liċ-ċittadin, kemm fil-kuntest Malti u dak Ewropew u li jekk jkun hemm l-onesta u r-rieda li taħdem din mhux ser tkun xi ħaġa impossibbli.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en