AWTORITA` TAD-DJAR EFFIĊJENTI LI TINDIRIZZA L-ĦTIĠIJIET TA’ DAWK L-AKTAR VULNERABBLI
Waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-Awtorita` tad-Djar fil-Floriana, il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca ħabbret u introduċiet il-membri l-ġodda tal-Bord tal-istess Awtorita’.
Dawn huma: ċ-Chairperson Antoinette Vassallo, l-Viċi Chairman Robert Ducker, il-Professur Lino Bianco, Dr Alex Buontempo, Ivan Grixti, Helen Mallia, Margaret Quintano u Dr Ray Zammit.
L-Onorevoli Coleiro Preca ddeskriviet l-għażla tal-membri tal-Bord bħala waħda li ġġib flimkien kompetenzi differenti u firxa ta’ esperjenzi li se jkunu qed jagħmlu differenza kbira fil-qasam tal-housing soċjali f’Malta.
Qalet li wasal iż-żmien li l-housing soċjali ma nibqgħux inħarsu lejh b’mod iżolat minn problemi oħra imma nħarsu lejh b’mod ħolistiku.
Dan isir billi l-Awtorita` tinvesti f’iktar riżorsi umani li joffru assessments soċjali ħolistiċi permezz ta’ multi-disciplinary team.
L-Awtorita’, qalet l-Onorevoli Coleiro Preca, trid ukoll titgħallem taħdem ma’ entitajiet oħra soċjali, li jaħdmu fl-oqsma tat-tfal, tal-familja, tal-anzjani, tal-persuni b’diżabilita’, tas-saħħa u tal-edukazzjoni.
Rwol ieħor importanti għall-Awtorita’, qalet il-Ministru, huwa dak li tgħin koppji żgħażagħ b’mezzi finanzjarji limitati biex jiksbu housing units affordabbli.
Barra minn hekk, irridu nassiguraw valur għat-taxxi tan-nies fejn l-Awtorita’ tkun efficcjenti u trasparenti fil-proċess tagħha u tħares l-interessi tal-persuni vulnerabbli.
Dwar l-awditjar, il-Ministru qalet li dan jinsab fi stadju avvanzat, liema awditjar se jservi ta’ bażi għal strateġija ta’ fejn l-Awtorita’ trid tasal.
Temmet tgħid li l-mira tal-Gvern hija li l-Awtorita’ taħdem f’partnerships mas-settur privat kif ukoll ma’ għaqdiet mhux governattivi fis-settur soċjali.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en