Left arrow Go Back

DELEGAZZJONI ĊINIŻA FUQ ŻJARA MILL-MINISTERU T'GĦAWDEX

pr0865
Date Icon 02/05/2013

Delegazzjoni ta’ ’l fuq minn erbgħin Sindku Ċiniż żaret il-gżira Għawdxija.  Din l-attività saret fuq l-inizjattiva tal-Fondazzjoni Malta China Friendship Society, u d-delegazzjoni kienet immexxija mill-eks Membru Parlamentari Reno Calleja.  

Matul iż-żjara tagħhom iċ-Ċiniżi ngħataw l-opportunità li jżuru lokalitajiet f’Għawdex. Barra minn hekk is-sindki tal-lokalitajiet Għawdxin ma baqgħux lura milli jaħtfu din l-opportunità u jistabbilixxu kuntatti għall-ġejjieni.  

Id-delegazzjoni Ċiniża kienet milqugħa wkoll mill-Ministru għal Għawdex Dr. Anton Refalo fis-sala tal-konferenzi fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex fejn minn naħa tiegħu, il-Ministru rringrazzja lill-organizzaturi ta’ din l-attività u lill-parteċipanti Ċiniżi. Minn naħa tiegħu l-Ministru ghal Għawdex fakkar li l-gvern attwali dejjem kellu relazzjonijiet mill-aqwa maċ-Ċina u wiegħed li tul din l-amministarzzjoni ser jaħdem mill-qrib mal-ambaxxatur taċ-Ċina sabiex ir-relazzjoni bejn il- gżira Għawdxija u l-pajjiż kbir taċ-Ċina jitjiebu bil-għan li jiżdied il-kummerċ bejn iż-żewġ partijiet.

Fi tmiem l-okkażjoni, is-sindki Għawdxin u dawk Ċinizi għamlu skambju ta’ tifkiriet mill-lokalitajiet rispettivi tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow